Lokali TAZZA TAD-DINJA 2018

Andre’ Schembri se jkun il-mistieden fl-ewwel programm tal-lejla

Mil-lum jibda REPLAY Tazza tad-Dinja fis-6:45pm fuq Net TV

Mil-lejla fuq Net Television jibda l-programm Replay Tazza tad-Dinja li ta’ kulljum se jkun qed jagħti ħarsa lejn l-akbar tournament tal-futbol li jsir kull erba’ snin, b’rapreżentanza ta’ timijiet minn kull rokna tad-Dinja.

Il-programm se jixxandar mit-Tnejn sal-Ħadd bi preżentazzjoni ta’ Chris Micallef, Doriana Portelli u George Cassar.

Illejla fost il-mistednin se jkun hemm il-plejer internazzjonali Malti Andre’ Schembri.