Lokali Parlament

“Nibqgħu nħarsu l-ħajja sa mill-bidu nett”

Din il-liġi saret bla ma kien hemm aspetti li jħarsu s-saħħa tal-mara fejn kollox irid isir taħt protokoll

– Stephen Spteri, PN

Dwar il-bidliet għal-Liġi tal-Protezzjoni tal-Embrijuni tkellem fil-Parlament id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri.

Fid-dibattitu parlamentari dwar l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun, Stephen Spiteri qal li l-embrjun hu l-bidu tal-ħajja; il-bidu tal-ħajja umana tibda mill-komċepiment u għandha tkun imħarsa. Fl-2012 il-parlament qabel ma’ liġi b’saħħitha li tħares il-ħajja umana.

Din il-liġi saret bla ma kien hemm aspetti li jħarsu s-saħħa tal-mara fejn kollox irid isir taħt protokoll. Din kienet liġi li għamlet ġid kif lill-pajjiż fejn kien hemm 127 tarbija li twieldu mill-2012. Jeħtieġ isiru riċerki dwar infertilità iktar għolja f’Malta, u għandu jsir investiment fit-teknoloġija biex iktar koppji jkunu mgħejjuna.

Dwar l-emendi li ressaq il-Gvern, id-deputat Nazzjonalista qal li jidher li d-Deputat Prim Ministru wera li hemm affarijiet li l-gvern induna li għandhom jinbidlu.

Minflok il-liġi qed tippromwovi soċjetà b’saħħitha li tagħraf is-saħħa ta’ koppja, 100 akkademiku iddikjaraw li l-propopsti tal-Gvern jippreġudikaw il-protezzjoni tal-embrijuni li ma jistax jiddefendi lilu nnifsu.

L-Oppożizzjoni għandha r-riservi dwar l-emendi għaliex l-Opożizzjoni jinteressaha li l-koppji jkunu mgħejjuna, fejn jingħataw il-mediċini bla ħlas. Il-Parlament għandu l-obbligu li jħares id-dinjità tal-embrjun, tat-tarbija ġol-ġuf u tat-tfal li jitwieldu minn dawn it-tekonoloġiji assisstivi.