Futbol Sport TAZZA TAD-DINJA 2018

Martinez jagħżel lil Kompany minkejja dubju fuq il-kundizzjoni fiżika tiegħu

Roberto Martinez (Ritratt: EPA)

Il-captain tat-tim nazzjonali Belġjan Vincent Kompany ġie magħżul fl-iskwadra finali tal-Belġju minkejja li weġġa’ s-Sibt li għadda. Kompany weġġa’ l-groin fid-draw ta’ 0-0 kontra l-Portugall u kien mibdul mill-ewwel.

Tispikka wkoll l-assenza tal-attakkant ta’ Crystal Palace Christian Benteke li tħalla barra mill-iskwadra finali, hekk kif il-kowċ nazzjonali Roberto Martinez naqqas l-iskwadra minn 28 għal 23 plejer. Il-Belġju jibdew l-impenji tagħhom fit-Tazza tad-Dinja kontra l-Panama fit-18 ta’ Ġunju, u Martinez se jagħti lil Kompany kemm jista’ jkun ħin biex jirkupra l-kundizzjoni fiżika tiegħu.

Martinez qal li se jipprova juża r-regoli favur tagħhom, minħabba li hu jrid jagħti l-lista 24 siegħa qabel il-logħba tal-ftuħ. Laurent Ciman se jkun mal-iskwadra finali bħala riserva, jekk Kompany ma jirkuprax fil-ħin.

Michy Batshuayi u Romelu Lukaku kienu preferuti minn Christian Benteke fl-attakk, bil-kowċ nazzjonali Belġjan iżid li d-deċiżjoni li jitħalla barra kienet l-aktar waħda iebsa. “Jien għidtlu li hu għamel minn kollox f’dan il-kamp ta’ taħriġ. Kien impressjonanti.” Martinez żied jgħid li d-deċiżjoni kienet minħabba l-bilanċ fit-tim, b’referenza għall-għażla ta’ Adnan Januzaj, li jista’ jilgħab mal-linji.

Skwadra finali

Gowlkipers: Thibaut Courtois (Chelsea), Simon Mignolet (Liverpool), Koen Casteels (Wolfsburg)

Difensuri: Toby Alderweireld (Tottenham), Thomas Meunier (Paris Saint-Germain), Thomas Vermaelen (Barcelona), Jan Vertonghen (Tottenham), Dedryck Boyata (Celtic), Vincent Kompany (Manchester City)

Midfielders: Marouane Fellaini (Manchester United), Axel Witsel (Tianjin Quanjian), Kevin De Bruyne (Manchester City), Eden Hazard (Chelsea), Nacer Chadli (West Bromwich Albion), Leander Dendoncker (Anderlecht), Thorgan Hazard (Borussia Mönchengladbach), Youri Tielemans (Monaco), Mousa Dembele (Tottenham Hotspur)

Attakkanti: Michy Batshuayi (Borussia Dortmund), Yannick Carrasco (Dalian Yifang), Adnan Januzaj (Real Sociedad), Romelu Lukaku (Manchester United), Dries Mertens (Napoli)