Lokali

AĠĠORNATA B’FILMAT: Mara tweġġa’ gravi f’nċident ‘head-on’ f’Ħaż-Żebbuġ

Mara ta’ 42 sena miż-Żurrieq sofriet feriti gravi wara li kienet involuta f’ħabta ‘head-on’ bejn il-karozza li kienet qed issuq u trakk tal-ġebel.

L-inċident seħħ fi Triq is-Siġġiewi f’Ħaż-Żebbuġ għall-ħabta tas-7.05am meta għal xi raġuni, seħħet il-ħabta bejn il-karozza tat-tip Toyota Vitz misjuqa mill-mara u t-trakk misjuq minn raġel ta’ 45 sena mill-Ħamrun.

Minbarra l-Pulizija u tim mediku b’Ambulanza, fil-post waslu wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li għenu biex il-mara setgħet tinħareġ mill-karozza tagħha. Hi ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn kienet iċċertifikata li qed issofri minn feriti gravi.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.