Futbol Sport

FUTBOL U21: Malta tilgħab kontra l-Iżvezja

Għada l-Ħamis, it-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena jilgħab partita minn Grupp 6 tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew kontra l-Iżvezja. Il-partita se tintlagħab fl-Istadium taċ-Ċentinarju fil-5.30pm.

It-tim Malti ta’ taħt il-21 sena, għadu qed ifittex l-ewwel punt f’dan il-grupp. Iż-żgħażagħ Maltin se jilagħbu l-aħħar erba’ logħbiet f’darhom. Minbarra l-konfront tal-Ħamis li ġej, Malta tilgħab kontra l-Belġju fis-7 ta’ Settembru, kontra l-Ungerija fit-12 ta’ Ottubru u kontra Ċipru fis-16 ta’ Ottubru.

Għal din il-logħba l-kowċ nazzjonali Silvio Vella nkluda s-sitt plejers li kienu parti mit-tim nazzjonali tal-kbar waqt il-kamp ta’ taħriġ ta’ sebat ijiem li sar dan l-aħħar fl-Awstrija.

Il-captain Jake Grech, Jurgen Degabriele, Joseph Mbong u Dunstan Vella li kollha għamlu d-debutt mat-tim nazzjonali fil-partiti ta’ ħbiberija kontra l-Armenja u Georgia, u Myles Beerman u Kyrian Nwoko, kollha ngħaqdu ma’ sħabhom wara l-esperjenza mat-tim nazzjonali.

Il-winger ta’ Victoria Hotspurs Christian Mercieca, li rebaħ l-aqwa plejer tal-GFA, ġie mgħajjat għall-ewwel darba.

L-iskwadra kollha ta’ Vella hi din:
Gowlkipers: Jake Galea (Ħamrun Spartans), Matthew Grech (Floriana)
Difensuri: Jean Borg (Valletta), Kurt Shaw (Sliema Wanderers), Karl Micallef (Ħamrun Spartans), Dunstan Vella (Hibernians), Neil Tabone (Żejtun Corinthians)
Midfielders: Juan Corbalan (Gżira United), Michele Sansone (Sliema Wanderers), Jake Grech (Birkirkara), Nikolai Muscat (Gżira United), Zachary Scerri (Gżira United), Christian Mercieca (Victoria Hotspurs), Zachary Brincat (Mosta)
Attakkanti: Jurgen Degabriele (Hibernians), Myles Beerman (Glasgow Rangers), Joseph Mbong (Hibernians), Kyrian Nwoko (Valletta).