Futbol Sport

Suċċess għal Ini Akpan fit-Teamsport Goalkeeper Battle

Ir-rebbieħ tal-kategorija tal-kbar Akpan (fin-nofs) flimkien mal-organizzaturi Mario Muscat (xellug) u Simon Grech (lemin)

Fi tmiem il-ġimgħa saret it-tmien edizzjoni tat-Teamsport Goalkeeper Battle. Madwar 198 gowlkiper ħadu sehem f’din l-attività organizzata mill-kowċis Mario Muscat u Simon Grech.

Il-gowlkiper ta’ Floriana Ini Akpan rebaħ il-kategorija tal-kbar tal-edizzjoni ta’ din is-sena. Il-gowlkiper ta’ Mġarr United Rachel Borg ħarġet rebbieħa fil-kategorija tan-nisa.

Fil-kategorija tal-Youths, il-gowlkiper ta’ San Ġwann Noah Mulholland rebaħ il-kategorija ta’ taħt id-disa’ snin. Fil-kategorija taħt il-11 -il sena kien Miguel Camilleri ta’ Ħamrun li ħareġ rebbieħ.

Il-gowlkiper reġistrat ma’ Birkirkara Leon Gauci rebaħ il-kategorija ta’ taħt it-12-il sena filwaqt li l-kategorija ta’ taħt it-13-il sena kienet mirbuħa minn Yan Galea ta’ Qormi.

Il-gowlkiper ta’ Luxol Beppe Mangion rebaħ il-kategorija ta’ taħt il-15-il sena filwaqt li Jake Pisani ta’ San Ġwann rebaħ il-kategorija ta’ taħt is-17-il sena. Il-kategorija ta’ taħt id-19 -il sena kienet mirbuħa mill-gowlkiper ta’ Valletta Andre Spiteri.

Permezz ta’ din l-edizzjoni, bħal ma għamlu fl-aħħar edizzjonijiet, l-organizzaturi għenu lill-Fondazzjoni Żemżem, li hi organizzazzjoni volontarja reġistrata biex tgħin lit-tfal u adulti li qed jingħataw trattament għall-marda tal-lewkemija.