Internazzjonali

Oħt ir-Reġina tal-Olanda tinstab mejta fi Buenos Aires

L-oħt iż-żgħira tar-Reġina Maxima tal-Olanda mietet fir-residenza tagħha fi Buenos Aires, il-kapitali tal-Arġentina, bil-media lokali tindika li mewtha kien riżultat ta’ suwiċidju.

Ines Zorreguieta, li kellha 33 sena, kienet anki l-parrina tal-Prinċipessa Ariane, bint ir-Reġina Maxima li għandha nisel Arġentin u li kienet iżżewwġet lill-Prinċep Olandiż Willem-Alexander, fl-2002.

Il-gazzetta Olandiża De Volksrant irrappurtat li l-aħbar dwar oħtha ħalliet lir-Reġina Maxima imnikkta u xukkjata għall-aħħar. Ir-rapporti qalu wkoll li Ines Zorreguieta, li kienet taħdem maċ-ċivil fi Buenos Aires, kienet ilha tbati mid-dipressjoni.