Sport Sport Ieħor

TENNIS – OPEN TA’ FRANZA: Finali bejn Nadal u Thiem

Nadal

Il-finali tal-kategorija tal-irġiel tal-Open ta’ Franza tal-Ħadd li ġej se tkun bejn Rafael Nadal u Dominic Thiem.

Dan wara li huma rebħu s-semifinali rispettivi tagħhom. L-Ispanjol Nadal rebaħ bi skor ta’ 6-4 6-1 6-2 kontra Juan Martin Del Potro. Nadal, li tilef biss darbtejn minn 87 logħba fuq it-tafal f’Pariġi ħa sagħejn biex kiseb din ir-rebħa u issa jmissu jilgħab kontra avversarju mill-Awstrija.

Ta’ min jinnota li Nadal hu t-tieni tennista wara Roger Federer li wasal sa 11-il finali tal-istess Grand Slam.

Minn naħa tiegħu Theim, li għad għandu 24 sena, se jkun qed jilgħab din il-finali wara li rebaħ kontra t-Taljan Marco Cecchinato. Hu għalhekk li bla dubju Nadal se jkun il-favorit li jirbaħ din il-kompetizzjoni li ilu jiddomina fiha sa minn meta għamel id-debutt tiegħu fl-2005.