Lokali

ATTENT: Twissija dwar sett ta’ ħames biċċiet magħmula mill-fibra tal-bambu

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed iwissi dwar sett ta’ 5 biċċiet li jikkonsisti fi platt ċatt, skutella, tazza, kuċċarina u furketta magħmulin mill-fibra tal-bambu (is-settijiet jista’ jkollhom kuluri differenti minn dawk fir-ritratt).

Dan hekk kif fi stqarrija ngħad li l-imsemmi prodott m’għandux jiġi użat minħabba li nstab li jista jeċċedi l-valur tal-limitu tal-migrazzjoni tal-formaldehyde.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.