Lokali

ATTENT: Twissija dwar suppliment tal-ikel

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed iwissi li s-suppliment tal-ikel bl-isem Turmeric, tad-ditta Natures Aid b’kontenut ta’ 60 kapsula, m’għandux jiġi kkunsmat.

Dan hekk kif dan il-prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li l-livell ta’ ‘Curcumin’ li nstab fih, jaqbeż l-acceptable daily intake.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.