Internazzjonali

Parti kbira minn Derna f’idejn Haftar

Il-forzi taħt il-kmand ta’ Khalifa Haftar, magħrufa bħala l-Armata Nazzjonali Libjana, issa qed jikkontrollaw parti kbira mill-belt ta’ Derna li tinsab tul il-kosta fil-Punent tal-Libja. Belt li kienet taħt il-kontroll ta’ estremisti Iżlamiċi u f’dawn l-aħħar ġimgħat kienet lok ta’ ġlied kbir.
Kelliem għal Haftar qal li issa l-grupp kellu l-kontroll ta’ 75 fil-mija ta’ Derna, fejn igħixu madwar 150,000 persuna, u kienu dawru l-belt kollha.
F’Mejju, Haftar kien ħabbar il-bidu tal-offensiva biex jieħu l-kontroll ta’ Derna.
In-Nazzjonijiet Uniti lbieraħ esprimiet it-tħassib dwar il-periklu dejjem jikber għall-popolazzjoni ta’ Derna hekk kif qed jiħrax il-ġlied. Intqal li l-uniku sptar fil-belt ilu magħluq mill-5 ta’ Ġunju u kien hemm tliet nisa li mietu għaliex ma kienx hemm ossiġnu għalihom. Intqal ukoll li nies qed ikunu arrestati bl-adoċċ filwaqt li oħrajn mhux qed jitħallew jitilqu mill-belt.