Futbol Sport

TRASFERIMENTI LOKALI: Michael Mifsud jiffirma ma’ Birkirkara

Michael Mifsud (fin-nofs) iffirma ma’ Birkirkara

Birkirkara qed ikomplu jsaħħu l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej u kif kien mistenni, akkwistaw lill-attakkant internazzjonali Malti Michael Mifsud.

L-eksplejer ta’ Valletta, Mifsud, iffirma kuntratt ta’ sena ma’ B’Kara biex għal darba oħra se jerġa’ jkun qed jaħdem mal-kowċ Paul Zammit li kien qed imexxi lill-Beltin.

Fl-istaġun li għadda Mifsud, li għandu 37 sena, lagħab 18-il darba u skurja tliet gowls.

Birkirkara se jkunu r-raba’ tim fil-karriera ta’ Mifsud f’pajjiżna. Minbarra Valletta, hu lagħab ukoll ma’ Qormi u Sliema Wanderers.Mifsud lagħab barra minn malta fil-Ġermanja, fl-Ingilterra u fin-Norveġja.
Michael Mifsud u l-aktar plejer li lagħab għat-tim nazzjonali Malti u l-aktar plejer li skurja bil-flokk ta’ Malta, 40 gowl.

Mifsud hu t-tieni plejer tat-tim nazzjonali Malti li dan l-aħħar iffirma ma’ Birkirkara, wara l-akkwist ta’ Paul Fenech mingħand Balzan.

Barra minn hekk, Birkirkara akkwistaw anke lil Eduardo dos Santos, Marcelinho, Uchenna Calistus Umeh u Terence Agius.

Barra minn hekk Mislav Anđelković ġedded il-kuntratt.