Lokali

Attivita sportiva u filantropika qabel il-festa tas-Siġġiewi

Il-Kunsill Lokali tas-Siggiewi u l-Fondazzjoni LifeCycle Malta se jkunu qed jorganizzaw attività sportiva fl-okkazzjoni tal-Festa ta’ San Nikola. Din se ssir ukoll bis-sehem tal-ghaqdiet sportivi tas-Siggiewi.

Kull sena LifeCycle torganizza attivita’ ta Zumba fil-Pjazza tas-Siggiewi. Izda din is-sena inghaqdet mal-Kunsill Lokali tas-Siggiewi biex minbarra z-zumba, tigi organizzata attività li tinkludi aktar sport fosthom  rowing u cycling ghal adulti kif ukoll basketball u football ghat-tfal.

L-attivita sportiva hija parti mill-programm t’attivitajiet tal-Festa tal-patrun qaddis tas-Siggiewi, San Nikola.

F’kumment lil dan l-istazzjon, is-Sindku tas-Siggiewi, Alessia Psaila Zammit qalet li l-Kunsill Lokali jorganizza diversi attivitajiet li jippromwovu l-isport.

Hi fakkret li l-attivitajiet sportivi saru parti mill-programm ta’ kull sena ta’ Jum is-Siggiewi u l-Festa ta’ San Nikola. Tenniet li diversi persuni kienu esprimew ix-xewqa li terga tibda ssir attivita sportiva fil-gimgha tal-Festa,  bil-Kunsill Lokali jilqa’ din l-proposta u fl-ahhar snin beda jinkorpora attivita sportiva fil-programm tal-Festa ta’ San Nikola.

Alessia Psaila Zammit qalet li din is-sena il-Kunsill Lokali qed jorganizza l-attività sportiva ma’ LifeCycle Malta Foundation, bil-ghan li jkollha wkoll ghan filantropiku.

Din hi biss wahda minn sensiela ta’ attivitajiet organizzati mill-Kunsill Lokali li matulhom jingabru fondi ghal ghan filantropiku fosthom Festa Gheneb li ssir fl-ahhar Hadd ta’ Awwissu u Pjazza Milied. Dawn isiru b’risq id-Dar tal-Providenza.

F’Dicembru kienet giet organizzata wkoll inizjattiva mal-iskola Primarja waqt l-Festa ta’ San Nikola tat-Tfal biex ingabru €900 ghall-Istrina. Dan filwaqt li fl-ahhar gimghat il-Kunsill Lokali kkopera mal-Malta Community Chest Fund biex gew imhawla 550 sigra  f’Wied Hesri fis-Siggiewi.

Alessia Psaila Zammit qalet li issa qed thares l-quddiem biex tinghata wkoll ghajnuna lil LifeCycle, mill-komunità Siggiwija, waqt l-attività sportiva tal-Festa.

L-attivita se ssir it-Tlieta 19 ta’ Gunju, bejn is-6 u 8.30pm, fil-Pjazza tas-Siggiewi.