Lokali

Estiż l-avviż ta’ twissija dwar il-fliexken tal-birra Stella Artois

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika estenda avviż dwar il-fliexken tal-birra Stella Artois minħabba l-possibbilità li l-flixkun jista’ jinkiser meta jkun qiegħed jinfetaħ bil-konsegwenza li jaqa’ l-ħġieġ fil-prodott.

It-twissija ta’ din il-birra li toriġina mill-Belġju f’pakketti ta’ sitt fliexken ta’ 33cl u b’data ta’ skadenza sa 06/03/2019, 07/03/2019 u 08/03/2019.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.

Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.