Lokali Parlament

20 każin tal-banda jinsabu taħt il-mannara…il-liġi tal-gvern tista’ tkun kontestata

– Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li hawn 20 każin tal-baned li jinsabu taħt il-mannara minħabba problemi mas-sidien tal-propjetà minn fejn joperaw iżda quddiem din il-problema l-gvern qed idaħħal liġi li hi miftuħa għlal-kontestazzjoni.

Fil-parlament Ivan Bartolo qal li l-Oppożizzjoni hi favur in-nies, il-każini u l-volontarjat li jwettqu ġid kbir fis-soċjetà. Il-gvern irid il-voti lejn is-sewwa u mhux jistad għall-voti. Dan hu gvern li jpoġġi l-esiġenzi tal-partit l-ewwel u mhux tal-pajjiż. Il-każini tal-baned jistħoqqilhom kull għajnuna iżda qed jiffaċjaw ordni taż żgumbrament. Il-gvern kien ilu jaf li din il-liġi trid tinbidel iżda m’għamel xejn.

Il-gvern hu ppanikjat biex jintervjeni bejn il-qrati u l-każini tal-baned, li huma ffaċċjati bid-deċiżjonijiet. L-obbligu tal-gvern hu joħloq bilanċ bejn is-sidien u l-każini tal-baned. Issa hu l-mument li l-gvern juri li jisma’ lil min hu żgħir u vulnerabbli. Il-gvern għandu joħroġ il-flus hu jekk irid jgħin lill-każini tal-baned waqt li jħares l-interess tal-privat li għandu dritt igawdi l-propjetà tiegħu. Hu qal li hawn 20 każini tal-banda li jinsbau taħt il-mannara.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem ukoll dwar l-importanza li jitħarsu d-drittijiet tas-sidien u qal li din il-liġi se tkun kontestata fl-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem. Is-sidien tal-Każin tal-Banda King’s Own diġà ħadu lill-Gvern quddiem il-qorti.