Lokali

4 jittieħdu l-isptar wara inċident tat-traffiku fit-Telgħa tas-Saqqajja

4 persuni kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ fit-Telgħa tas-Saqqajja meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn vettura tat-tip Dodge Caliber misjuqa minn raġel ta 42 sena minn Birkirkara u karozza tal-għamla Citroen Picasso misjuqa minn mara ta’ 33 sena minn San Pawl il-Baħar.

Flimkien mas-sewwieq kien hemm tfajjel ta’ 7 snin filwaqt li passiġġiera mal-mara kien hemm żagħżugħa ta’ 18-il sena.

Fuq il-post ġew msejħa minnufih żewġ ambulanzi li ħadu lill-vittmi l-isptar għal aktar kura fejn filwaqt li l-kundizzjoni tal-mara u tat-tfajla s’issa għadhom mhux magħrufa – ir-raġel fortunatament sofra biss minn xokk filwaqt li t-tifel ġie ċertifikat li sofra minn ġrieħi ħfief.