Aġġornata bi stqarrija tal-Partit Nazzjonalista
Matul din il-ġimgħa, il-prezz tad-Diesel magħruf bħala Advance qed jinbiegħ bil-prezz taż €1.38ċ kull litru.
Sa xahar ilu dan id-Diesel kien jinbiegħ €1.25ċ kull litru filwaqt li d-Diesel normali għandu l-prezz ta’ €1.18ċ. Id-differenza hi l-kwalita’, kif fissru ma’ Net News diversi sewwieqa ta’ kowċis, mini buses u taxis.
L-istess sorsi qalulna li ħmistax ilu, il-prezz tal-Advance sploda għal €1.41ċ, u dil-ġimgħa l-prezz inbidel għal €1.38ċ kull litru. Dan ifisser li f’xahar, il-prezz tad-Diesel Advance żdied bi 13-il ċenteżmu kull litru – minn €1.25ċ għal €1.38ċ.
Dan kollu inżamm kompletament mistur mill-Gvern.
Żieda fil-prezz tad-diesel li toħloq piżijiet ġodda fuq il-familji u l-industrija
In-nies qed iħallsu aktar għad-diesel advance u dan se jolqot ħażin lil diversi persuni, b’mod speċjali l-ħaddiema u l-industriji li jagħmlu użu minn dan t-tip ta’ diesel.
Il-Partit Nazzjonalista qal dan fi stqarrija ffirmata mill-Viċi Kap u Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma David Agius.
Fost il-persuni li ta’ sikwit jagħmlu użu minn dan t-tip ta’ diesel hemm s-sewwieqa tat-taxis, il-minibuses u oħrajn. Meta marru biex jixtru d-diesel mill-pompi tal-petrol, in-nies sabu li l-prezz kien żdied bi 13-il ċenteżmu.
Dan biex issa l-prezz tad-diesel żdied minn €1.25 kull litru għal €1.38 kull litru, u dan sar mingħajr mal-konsumatur u l-ħaddiema Maltin kienu infurmati minn qabel. Deċiżjoni bħal din tistona ħafna ma’ dak li kien wiegħed il-Gvern Laburista, li n-nies kien se jkollhom prezzijiet irħas u stabbli tal-enerġija.
Iż-żieda fil-prezz tad-diesel advance hija waħda minn sensiela ta’ żdidiet li n-nies qed jaffaċċjaw fl-enerġija, fosthom ukoll is-serq mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Dan hekk kif in-nies qed jirċievu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma aktar spiss u aktar għoljin għax il-Gvern qed iħaddem ħażin is-sistema tal-ħruġ tal-kontijiet.
//= $special ?>