Sport Sport Ieħor

Jitħabbar il-kontinġent Malti għal Logħob tal-Mediterran

Brian Galea se jġorr il-bandiera Maltija fiċ-ċerimonja tal-ftuħ

Ilbieraħ il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar il-kontinġent li se jirrappreżenta lil Malta fil-Logħob tal-Mediterran li se jsiru f’Tarragona, fi Spanja bejn it-22 ta ‘Ġunju u l-1 ta’ Lulju.

11-il atleta Malti se jikkompetu fl-atletika, fil-boċċi, fil-golf, fil-lotta, fl-isparar u fil-weightlifting.

L-ewwel kompetizzjonijiet għal-atleti Maltin ser jibdew nhar is-Sibt 23 ta’ Ġunju bl-isparar u il-weightlifting.

Il-kontinġent tal-KOM se jinkludi wkoll il-President tal-KOM Julian Pace Bonello, is-Segretarju Ġenerali Joseph Cassar, Direttur tal-Isport, Ivan Balzan, Lucienne Attard u d-Direttur Tekniku Mario Micallef. Julian Rizzo Naudi se jkun il-fiżjoterapista tat-tim.

It-tiratur Brian Galea ntagħżel biex jġorr il-bandiera Maltija fiċ-ċerimonja tal-ftuħ.

Il-kontinġent Malti hu:
Atletika –
Lisa Marie Bezzina, Charlton Debono
Boċċi – Stefano Farrugia
Golf – Andrew Borg, Daniel Holland, John Junior Micallef Vereslt
Lotta – David Galea
Sparar – Eleonor Bezzina, William Chetcuti, Brian Galea
Weightlifting – Yazmin Zammit Stevens