Lokali

Il-President se tgħaddi s-sottomissjonijiet tal-għaqdiet favur il-ħajja lill-Gvern

Wara laqgħa urġenti ma' koalizzjoni ta' għaqdiet favur il-ħajja

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ħabbret li se tkun qed tgħaddi s-sottomissjonijiet li rċeviet illum mingħand grupp ta’ għaqdiet favur il-ħajja lill-Gvern.

Dan hekk kif il-President ippubblikat l-ittra li bagħtet lura lill-għaqdiet li ltaqgħu magħha, fejn qaltilhom li kienet se tgħaddi l-punti mressqin minnhom lid-Deputat Prim Ministru peress li qed jixpruna d-diskussjoni dwar l-iffriżar tal-embrijuni fil-Parlament.

Il-President żiedet tgħid li meta l-Parlament jgħaddi xi liġi, il-Kostituzzjoni ta’ Malta ma tathihiex funzjonijiet leġislattivi għajr li tiffirma l-liġijiet kif approvati mill-Parlament mingħajr dewmien. Madanakollu, il-President żiedet tgħid li se tkun qed tgħaddi l-kwistjoni lill-Gvern biex jieħu parir mill-Avukat Ġenerali peress li l-għaqdiet favur il-ħajja qajmu punti dwar il-kostituzzjonalità tal-emendi li qed iressaq l-istess Gvern.

FILMAT: Jippreżentaw 7 proposti waqt laqgħa urġenti mal-President