Internazzjonali

Qawwiet ta’ Haftar jiftħu offensiva fuq il-milizzji fil-Grigal tal-Libja

L-Armata Nazzjonali taħt it-tmexxija ta’ Khalifa Haftar jinsabu għaddejjin b’offensiva bil-għan li tkeċċi lill-gruppi tal-milizzji mir-reġjun lejn il-Grigal tal-Libja, li hu magħruf bħala ċentru għall-produzzjoni taż-żejt.
‘L-attakk kbir’ fuq il-milizzji kien ikkonfermat wara li l-qawwiet tal-Ġeneral Haftar, jiem ilu, tilfu l-kontroll fuq it-terminals (taż-żejt) ta’ Ras Lanuf u Al-Sidra, li jinsabu mijiet ta’ kilometri lejn il-Lvant minn Tripli.
It-terminals kienu sfaw attakkati mill-entitajiet tal-milizzji u l-qawwiet tal-ajru ta’ Haftar wissew lir-residenti fir-reġjun partikulari ‘biex iżommu ‘il bogħod miz-zoni kontrollati mill-għadu, kif ukoll minn depots għall-ħażna tal-munizzjon u siti ddominati minn vetturi militari’.
L-aħħar rapporti qalu li l-ajruplani tal-gwerra ta’ Khalifa Haftar kienu qed iwettqu rejds kontra ‘pożizzjonijiet tat-terroristi’ qalb iz-zona militari li ġġebbed minn Ras Lanuf sal-limiti ta’ Sirte.