Lokali

AIRMALTA: Titjira minn Brussell tittardja mill-anqas siegħa – isir ‘re-fuelling’ bil-passiġġieri abbord

Passiġġieri tal-Air Malta li minn Brussell illejla għandhom jaslu lura f’pajjiżna kellhom it-titjira tagħhom ittardjata minn tal-inqas siegħa.

Il-persuni li jinsabu abbord it-titjira KM421, qabel din ħalliet l-ajruport ta’ Brussell spjegawlna wkoll kif l-ajruplan saħansitra ġie ‘re-fueled’ waqt li huma kienu diġà abbord.

Imħassba għas-sigurtà tagħhom, huma lmentaw li dan deher bħala attentat sabiex il-proċess isir kemm jista’ jkun malajr – ħalli t-titjira titlaq mill-ajruport Belġjan mill-aktar fis possibli u b’hekk jonqsu l-ispejjeż għall-Air Malta.