Lokali

Tifla tittajjar minn xufier li jagħti daqqa ta’ sieq lil missierha u jaħrab minn fuq il-post

Ritratt mill-arkivji

Tifla qed issofri ġrieħi wara li ttajret fi Triq Nicola Preziosi f’San Pawl il-Baħar. Jidher li t-tifla, ta’ koppja ta’ turisti, kienet flimkien mal-ġenituri tagħha f’ristorant iżda ħarġet tiġri għat-triq.

Il-missier jidher li mal-inċident, u frott ix-xokk li sofra, għamel għax-xufier li b’reazzjoni għal dan ħebb għall-missier u tah daqqa ta’ sieq. Nies li raw l-inċident qalu li wara dan kollu x-xufier telaq minn fuq il-post b’veloċità kbira.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.15pm. Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ u għaddejja tfittxija għas-sewwieq li mistenni jaffaċċja akkużi ta’ hit and run.