Lokali

Ikkanċellata l-operazzjoni biex jiġi evakwat immigrant minn fuq il-bastiment Lifeline

(Ritratt: Martin Agius)

Il-Gvern Malti ħabbar li l-Forzi Armati ta’ Malta kienu bdew operazzjoni biex jevakwaw immigrant mill-bastiment Lifeline, liema immigrant kellu jiddaħħal Malta.

Skont il-Gvern, dan kien qed isir minħabba raġunijiet marbuta ma’ saħħa. Il-Gvern qal ukoll li kien se jipprovdi assistenza umanitarja lill-bastiment.

Madanakollu, fi stqarrija maħruġa iktar tard, il-Gvern qal li malli l-Forzi Armati marru abbord il-bastiment, ġew mgħarrfa li ma kienx hemm iktar bżonn li ssir l-evakwazzjoni u għaldaqstant l-operazazjoni ġiet ikkanċellata.

Il-bastiment għandu madwar 240 immigrant abbord li nġabru mill-bastiment Lifeline fl-ibħra Libjani.

Aktar dettalji fil-link t’hawn taħt.

Tkompli l-polemika bejn Malta u l-Italja dwar il-vapur Lifeline