Sport Sport Ieħor

Borna Coric jegħleb lil Roger Federer f’Halle

Borna Coric kiseb it-tieni titlu fil-karriera (Ritratt: EPA)

Borna Coric ipproduċa l-aktar prestazzjoni brillanti fil-karriera tiegħu, meta għeleb lil Roger Federer f’logħba fi tliet sets biex rebaħ l-Open ta’ Gerry Weber. Ir-rebħa għall-Kroat ta’ 21 sena fisser it-tieni titlu fil-karriera u ċaħħad lil Federer milli jikseb dan it-titlu għal rekord ta’ għaxar darbiet.

Coric kien wasal għal din il-finali mingħajr ma tilef set, u żamm ir-ritmu ta’ logħob fuq il-ħaxix biex għeleb lit-tmien darbiet Champion ta’ Wimbledon 7-6, 3-6, 6-2 wara sagħtejn u sitt minuti.

Din it-telfa fissret li Federer sofra l-ewwel telfa wara 20 rebħa fuq il-ħaxix, b’konsegwenza li l-Iżvizzeru tilef l-ewwel post fir-rankings tad-dinja, u b’hekk Rafael Nadal se jirritorna fil-quċċata qabel it-tournament ta’ Wimbledon.

Tags