Lokali

Twissija dwar prodott bi traċċi ta’ glutina mhix dikjarata

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika ħareġ twissija dwar prodott mill-Italja mibjugħ f’Malta li fih traċċi ta’ glutina mhix dikjarata.

Id-Direttorat qal li l-prodott ‘Sfogliatine di patate fritte’ tad-ditta Taljana ‘Cipster’ m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni li huma allerġiċi jew intolleranti għal dawk iċ-ċereali li fihom il-glutina, minħabba li nstab li fih glutina li mhix iddikjarata.

It-twissija ħarġet skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u l-liġijiet tal-Unjoni Ewropea rispettivi skont is-Sistema ta’ Twissijijiet Rapidi għall-Ikel u l-Għalf wara li l-prodott laħaq inxtara mill-konsumatur.