Futbol Sport TAZZA TAD-DINJA 2018

Il-Perù ttemm it-Tazza tad-Dinja b’rebħa

Il-plejers ta' Perù jifirħu wara l-ewwel gowl (Ritratt: EPA)

Il-Perù temmet l-esperjenza fit-Tazza tad-Dinja b’rebħa ta’ 2-0 fuq l-Awstralja. B’hekk it-tim ta’ Ricardo Gareca temm Grupp Ċ fit-tielet post bi tliet punti, bl-Awstraljani jtemmu bi draw u b’żewġ telfiet.

Il-Perù fetħet l-iskor fit-18-il minuta meta Paolo Guerrero krossja mill-kaxxa lejn ANDRE CARRILLO li b’xutt mill-ewwel għar-rokna għeleb lil Matthew Ryan. Reazzjoni mill-Awstralja li fis-27 minuta resqet qrib id-draw  b’xutt ta’ Rogic li kien salvat tajjeb minn Gallese.

Okkażjoni oħra għall-Awstralja fl-34 minuta bi kross ta’ Robbie Kruse lejn Matthew Leckie iżda Christian Ramos intervjena fil-ħin biex tefa’ f’korner.

L-iskor sar 2-0 fil-50 minuta. Il-passaġġ ta’ Christian Cueva kien imxellef minn Jedinak u spiċċa fid-direzzjoni ta’ PAOLO GUERRERO li b’xutt li kien imxellef ukoll għeleb lil Ryan.