Lokali Parlament

Malta llum hi l-inqas pajjiż fl-UE li jirriċikla skart

– L-ex Ministru George Pullicino

Meta kien qed jixhed quddiem il-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) dwar ħaddiem żejda li ddaħlu mal-Wasteserv qabel l-aħħar elezzjoni fi żmien Gvern Laburista, l-ex Ministru Nazzjonalista responasbbli mill-Wasterserv sal-2013 George Pullicino qal li llum Malta saret l-inqas pajjiż fl-UE li jirriċikla skart.

George Pullicino qal li hu responsabbli għall-Wasteserv bejn l-2003 u l-2013, li matulhom Ray Bezzina ma kinx dejjem il-Kap tas-Segretarjat fil-Ministeru. Hu qal li kin jiltaqa’ kull ħmistax-il ġurnata mal-uffiċjali tal-Wasteserv. Il-Gvern ried iżomm sistema ta’ flessibbli fejn il-ħaddiema kien jaħdmu mal-kuntrattur li jkun rebaħ offerta pubblika b’kuntratt definit sa sitt shur.

Kien hemm impenn li jkun hemm aktar flessibbiltà u biex tkun kontrollata l-ispiża tas-servizz. Dan ma kinx ingaġġ mal-Gvern anzi l-Gveen għażel din is-sistema kienet biex ma jkunx hemm ingaġġ mal-gvern. Dak iż-żmien il-Gvern kien qed jibni impjanti ġodda b’teknoloġiji ġodda għall-mod kif ikun trattat l-iskart u għalhekk il-Wasteserv ma kellhiex l-esperjenza dwar kemm għandha bżonn ħaddiema biex jitrattaw l-iskart li kien jasal għand il-Wasteserv. L-ammont ta’ skart li kien qed jidħol b’mod separata fil-Wasteserv kien qed jiżdied tant li fl-2012 dan kien 10% iżda llum dan l-ammont naqas għal inqas minn 6%. Illum Malta hi l-inqas pajjiż fl-UE li jiġbor ksart riċiklat.

L-ex Ministru Pullicino qal li hu dejjem ta’ direttivi lill-Wasteserv biex ikunu attenti dwar l-ingaġġ ta’ ħaddiema. Hu spjega kif Gvern Nazzjonalista sab il-Miżbla tal-Magħtab tiffunzjona u diversi miżbliet oħra madwar il-pajjiż. Il-Gvern ried jagħmel engineered landfill biex fihom jidħol l-iskart. Dan sar b’fondi tal-UE u kienu introdotti l-bring in site u s-civic amenity sites. Iddaħħlet ukoll il-borża l-griża, li kienet novità u kienu investiti €27 miljun fl-Impjant ta’ Sant’Antnin.

George Pullicino kompla li fl-aħħar sena minkejja l-pressjonijiet li jkun hemm, kien hemm tnaqqis ta’ 4% ta’ ħaddiema fil-Wasteserv. Eżatt qabel l-elezzjoni kien hemm żieda ta’ 30% fil-ħaddiema fil-Wasteserv; ammont li mhux ġustifikat. Dan il-persentaġġ ammonta għal 134 ħaddiem.

George Pullicino sostna li hu dejjem iddefenda l-mudell li l-Wasteserv ikollha kuntratt iżda insista li kull persuna li jaħdem mal-kuntrattur jitħallas bl-istess rata li jitħallas ħaddiem li jkun b’kuntratt indefinit mal-Wasteserv.

Il-PL – illum fil-Gvern – għamel u-turn għax żamm l-istess mudell minkejja li kien jikkritikah bil-qawwi meta kien fl-Opożizzjoni. Fit-13 ta’ Mejju 2017, il-Prim Ministru kien iddikjara li Sant’Antnin kellu jingħalaq f’seba’ snin iżda għaxart wara l-impjant qabad u nħaraq kollu. Hu sostna li wara dan il-ħruq ma kellhomx jiddaħħlu iktar ħaddiema iżda minkejja dan, wara l-ħruq tal-Impjant, komplew jiddaħħlu l-ħaddiema.

Hu qal li ma kinx jindaħal fl-impjiegi tal-ħaddiema fil-Wasteserv u ndaħal biss biex jassigura li l-fondi tal-UE għall-impjanti jintefqu fiż-żmien u l-impjanti jsiru tajjeb minħabba li dawn is-sistemi kienu qed jiddaħħlu għall-ewwel darba fil-pajjiż. George Pullicino qal li qatt ma saret pressjoni biex jiddaħħlu ħaddiema mal-Wasteserv li ma ken hemm bżonn. Hu konferma li qatt ma kien kellem lill-kuntrattur dwar xi impjiegi.

Dwar il-varjazzjonijiet fin-nefqa fil-park tal-familja ta’ Marsascala, l-ex Ministru George Pullicino qal li dan kien park mibni fuq miżbla li għamel Gvern Laburista. Tant kienu sigur u baxxi l-livelli ta’ gassijiet, li kellu jinfetaħ il-park wara li dan kien ingħalaq. Dwar Sant’Antnin, l-ex Ministru Pullicino qal li l-kontijiet fuq dan l-impjant kienu ċertifikati mill-UE.

L-ex Ministru qal li ma jistax jifhem fejn marru l-ħaddiema li kienu ngaġġati għaliex is-Civic Amenity Sites illum huma iffullati. Hu spjega li kien għażel persuna ta’ fiduċja mill-Wasteserv bħala xufier għaliex ix-xufier tiegħu kien ma jiflaħx. Wara li x-xufier irritorna, dan il-ħaddiema mar lura l-Wasteserv. Hu qal li qatt ma kien dispost li jkun hemm mijiet ta’ ħaddiema tal-Wasteserv li jagħmlu xogħol li ma kinux fir-responsabbiltajiet tagħhom.

George Pullicino qal li l-uffiċċjal tal-Ministeru Ray Bezzina qatt ma għamel pressjoni biex ikunu ingaġġati ħaddiema fil-Wasteserv iżda kiteb lill-Wasterserv biex iħallsu kuntrattur li kellu jieħu ħafna flus mingħand il-Wasteserv. Hu ddikjara li hu qatt ma kien jikkunsidra n-nies fuq livell politiku.

L-ex Ministru Pullicino irrifera għal meta ssemma mal-ex Segretarju Parlamentari Chris Said u qal li l-kuntatti ma’ Chris Said kienu minħabba l-involviment tal-kunsilli lokali. Hu semma’ l-ġbir tal-borża l-griża fejn kien hemm numru ta’ kunsilli lokali b’maġġoranza Laburista ma kinux qed jikkoperaw u qal li Chris Said qatt ma kien għamillu kundizzjonijiet.