Lokali

Il-poplu jippretendi li l-Gvern ikun trasparenti dwar l-immigrazzjoni

Il-Partit Nazzjonalista jibqa' jappoġġja l-interess nazzjonali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia staqsa jekk il-Gvern għandux pjan fit-tul dwar l-immigrazzjoni, fl-isfond li fil-ħin li ġej mistennija f’pajjiżna madwar 235 immigrant li jinsabu abbord l-MV Lifeline.

Semma’ fost l-oħrajn kif il-Gvern, fl-istess waqt li jrid iġib lejn pajjiżna għexieren ta’ eluf ta’ ħaddiema barranin, ma ħasibx fejn se joqgħodu u kif il-wasla tagħhom se timpatta lill-poplu Malti u Għawdxi, b’mod speċjali bil-prezz tal-kirjiet.

Adrian Delia wiegħed li kif kien anke fil-każ tal-MV Lifeline, il-Partit Nazzjonalista jibqa’ jappoġġja lill-Gvern fejn jidħol l-interess nazzjonali.

Matul il-konferenza kien hemm preżenti wkoll il-kandidati Errol Cutajar u Janice Chetcuti.