L-infermiera u l-qwiebel kollha li jiffurmaw parti mill-MUMN, minn nhar il-Ħamis 5 ta’ Lulju se josservaw lista twila ta’ direttivi f’kull sptar u ċentru tas-saħħa pubbliku wara li għad m’hemm l-ebda żvilupp pożittiv dwar ftehim settorjali għalihom:
Fl-Isptar Mater Dei:
- Ma jaħslux lill-pazjenti, , ħlief dawk li ma jistgħux jinħaslu fis-sodda minn staff ta’ sapport minħabba kundizzjonijiet serji tagħhom;
- Ma jbiddlux ħrieqi tal-pazjenti, kif ukoll ambulazzjoni tagħhom kemm matul il-ġurnata kif ukoll bil-lejl;
- Ma jipparteċipawx f’rawnds tal-wards;
- Ma jqassmux ikliet;
- Ma jipparteċipawx fid-Diaper Initiative jew audits oħra;
- Ma jwettqux job shadowing;
- Ma jwettqux qadi barra mill-post tax-xogħol;
- Ma jipparteċipawx fit-trasferiment tal-pazjenti bejn sala u oħra ħlief għal pazjenti b’emboliżmu pulmonarju, chest drains jew pazjenti li jirrikjedu kura intensiva;
- Ma jipparteċipawx fi trasferiment ta’ pazjenti li jkunu se jagħmlu operazzjonijiet elettivi f’kull teatru, endeskopija u suites ħlief għal nisa li jkunu sejrin għal ċesarja u għal pazjenti fejn il-pre-medikazzjoni tkun ingħatat għal ġo sala;
- Ma jaċċettawx sodod żejda fi kwalunkwe ward,
- Ma jsir l-ebda xogħol klerikali,
- Ma jintużawx kompjuters jew apparat simili;
- Ma jintużawx is-C-PASS, C-BED u Clingo;
- Ma jsirux ordnijiet għal prodotti konsumabbli jew ta’ farmaċewtika;
- Ma jakkumpanjawx pazjenti lejn sptarijiet oħra, djar tal-anzjani jew kliniċi;
- Ma jsirux proċessi ta’ tneħħija kirurġika ta’ demm, ħlief infermieri li jaħdmu fil-Bleeding Room;
- Ma ssirx is-Syntocinon Infusion għal nisa tqal li jkunu sse jgħaddu minn induzzjoni medika tal-ħlas;
- Ma jintlibsux badges ta’ identifikazzjoni.
Fis-swali ewlenin tal-operazzjonijiet:
- Ma jkunux preżenti jew jassistu f’listi elettivi qabel l-10:30;
- Ma jattendux jew jaqdu dmirijiet f’holding bays;
- Ma jaċċettawx pazjenti li jkunu se jgħaddu mill-GA sakemm mhux trasferiti minn teatru għal sodod;
- Ma jagħmlux qadi barra mill-MOT;
- Ma jsirux ordnijiet għal prodotti konsumabbli jew ta’ farmaċewtika;
- Ma jintużawx kompjuters jew apparat simili;
- Ma jintużawx is-C-PASS, C-BED u Clingo.
Fid-Dipartiment A&E:
- Ma jintlibsux badges ta’ identifikazzjoni;
- Ma jsir l-ebda Tracking;
- Ma jsirx ġibs lill-pazjenti;
- Ma jitweġbux telefonati ħlief il-112/5;
- Ma jinħaslux pazjenti;
- Ma jsirx xogħol klerikali ħlief ibbukkjar ta’ trasport biex il-pazjenti jirritornaw id-dar;
- Ma jintużawx kompjuters ħlief għat-Triage;
- Ma jsirx fast tracking għal ksur fil-ġenb tal-ġisem;
- Ma jiġux akkumpanjati pazjenti barra mid-dipartiment ħlief jekk il-każ ma jkunx każ ta’ risuxxitazzjoni.
L-Endescopy Unit:
- Ma jkunux preżenti jew jassistu fi kwalunkwe proċedura qabel l-10:30;
- Ma jimmaniġġjawx, jirtiraw jew jippreparaw mediċini DDA li t-tabib ikun se jamministra;
- Ma jċemplux lil pazjenti li jkunu fis-swali qabel il-proċeduri mediċi;
- Ma jirrispondux telefonati li jsiru fil-unit;
- Ma jagħmlux qadi barra mill-unit;
- Ma jsir l-ebda xogħol klerikali;
- Ma jintużawx kompjuters jew apparat simili;
- Ma jintużawx is-C-PASS, C-BED u Clingo;
- Ma jsirux ordnijiet għal prodotti konsumabbli jew ta’ farmaċewtika.
Id-Dipartiment Out-Patient’s:
- Ma jitweġbux telefonati;
- L-infermiera tal-out patients mhux se jakkumpanjaw (nursing chaperone) lill-pazjenti;
- Il-pazjenti mhux se jiġu akkumpanjati għas-swali;
- Ma jsirx qadi barra mill-post tax-xogħol;
- Ma jsirux ordnijiet għal prodotti konsumabbli jew ta’ farmaċewtika;
- Mhux se jintlibsu badges ta’ identifikazzjoni.
ITU:
- Mhux se jitwieġbu telefonati ħlief it-telephone CPR;
- Mhux se jiġu assistiti pazjenti li jkollhom bżonn l-infermiera biex jimxu jew jiċċaqilqu;
- Ma jitlibbsux pazjenti li jkunu mietu;
- Mhux se jintlibsu badges ta’ identifikazzjoni.
Ir-residenza San Vinċenz de Paule:
- L-infermiera mhux se jaħslu, jbiddlu l-ħrieqi jew jassistu residenti li jkollhom bżonn l-infermiera biex jimxu jew jiċċaqilqu la mal-ġurnata u lanqas waqt night shifts;
- Mhux se jiġu aċċettati pazjenti wara s-18:00;
- Mhux se jsiru rounds tas-swali;
- Pazjenti mhux se jiġu mitmugħa ħlief dawk fl-Enteral Feeding;
- Ma jsirx qadi barra mill-post tax-xogħol;
- Ma jsirux trasferimenti ta’ pazjenti bejn sala u oħra;
- Ma jipparteċipawx fi proġetti pilota jew kwalunkwe audit;
- Ma jsirx xogħol klerikali;
- Ma jsirux ordnijiet għal prodotti konsumabbli jew ta’ farmaċewtika;
- Ma jintużawx kompjuters jew apparat simili;
- Ma ssir preparazzjoni għall-files tal-pazjenti;
- Ma jsirux proċessi ta’ tneħħija kirurġika ta’ demm;
- Ma jintlibsux badges ta’ identifikazzjoni;
- L-infermiera ma jħallux is-swali rispettivi, ħlief biex iserrħu lil infermieri oħra fi swali oħra matul in-night duties.
L-Isptar Monte Karmeli:
- L-infermiera mhux se jaħslu, jbiddlu l-ħrieqi jew jassistu residenti li jkollhom bżonn l-infermiera biex jimxu jew jiċċaqilqu la mal-ġurnata u lanqas waqt night shifts;
- Ma jipparteċipawx f’rounds tas-swali jew reviews tal-pazjenti;
- Ma jipparteċipawx fi tqassim tal-ikliet ħlief għalf enterali;
- Ma jsirx qadi barra mill-post tax-xogħol inkluż l-akkumpanjament tal-pazjenti lejn swali oħra, il-kappella jew il-ġnien;
- Ma jipparteċipawx fi trasferiment ta’ pazjenti bejn is-swali ħlief f’sitwazzjonijiet partikolari ta’ emerġenza;
- Ma jirrispondux telefonati, u f’każi ta’ emerġenza jintuża biss il-mobile tas-swali;
- Ma jsirx xogħol klerikali;
- Ma jintużawx kompjuters jew apparat simili;
- Ma jsirux proċessi ta’ tneħħija kirurġika ta’ demm;
- Il-pazjenti ma jkunux akkumpanjati lejn sptarijiet oħra, djar tal-anzjani jew kliniċi oħra ħlief lejn id-Dipartiment A&E;
- Ma jattendux sessjonijiet ta’ cases review;
- Ma jsirux preparamenti għad-dokumenti tal-pazjenti għar-rawnds tas-swali u patient reviews;
- Ma jintlibsux badges ta’ identifikazzjoni;
- Ma jsirux ordnijiet għal prodotti konsumabbli jew ta’ farmaċewtika.
L-Isptar Karin Grech:
- Ma jbiddlux ħrieqi tal-pazjenti, kif ukoll ambulazzjoni tagħhom kemm matul il-ġurnata kif ukoll bil-lejl;
- Ma jipparteċipawx f’ward rounds;
- Ma jipparteċipawx fi tqassim tal-ikliet ħlief għalf enterali;
- Ma jsirx qadi barra mill-post tax-xogħol;
- Ma jsirx xogħol klerikali;
- Ma jakkumpanjawx pazjenti lejn sptarijiet oħra, djar tal-anzjani jew kliniċi;
- Ma jiġux aċċettati pazjenti wara s-18:00;
- Ma jsirux preparazzjonijiet għall-files tal-pazjenti;
- Ma jitweġbux telefonati;
- Ma jintlibsux badges ta’ identifikazzjoni.
L-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex:
- L-infermieri mhux se jaħslu pazjenti ħlief dawk li ma jistawx jinħaslu minn staff ta’ sapport fuq is-sodda tagħhom stess minħabba kundizzjonijiet mediċi serji;
- Ma jipparteċipawx f’rounds tas-swali;
- Ma jipparteċipawx fi tqassim tal-ikliet ħlief għalf enterali;
- Mhux se jsir qadi barra mill-post tax-xogħol;
- Mhux se jipparteċipaw fi trasferiment tal-pazjenti bejn sala u oħra ħlief pazjenti b’Pulmonary Embolism, Chest Drains jew pazjenti li jirrikjedu kura intensiva;
- Ma jsir l-ebda xogħol kjerikali;
- Ma jintużawx kompjuters jew apparat simili;
- Mhux se jsiru proċeduri ta’ tneħħija kirurġika ta’ demm ħlief għal pazjenti tal-onkoloġija;
- Ma jiġux akkumpanjati pazjenti lejn sptarijiet oħra, djar tal-anzjani, kliniċi oħra jew il-Qrati tal-Ġustizzja;
- Ma jiġux rappurtati kwalunkwe tiswijiet;
- Ma jiġux ordnati prodotti konsumabbli jew ta’ farmaċewtika;
- Ma jiġux aċċettati sodod żejda fis-swali;
- Mhux se jintlibsu badges ta’ identifikazzjoni;
- Ma jsir l-ebda tip ta’ Nursing Chaperone fid-Dipartiment tal-Outpatients;
- Ma jsir l-ebda tip ta’ Triage fid-Dipartiment tal-A&E;
- Ma jsirx Tracking;
- It-tobba mhux se jiġu akkumpanjati fil-Fresh Trauma Clinic;
- Ma jħallux is-swali tagħhom biex iserrħu infermiera oħra fi swali oħra waqt in-night duty;
- Infermiera li jaħdmu fid-Day Care Unit se jattendu biss għal pazjenti tad-Day Care;
Iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, Għawdex:
- Mhux se jsiru proċeduri ta’ tneħħija kirurġika ta’ demm ħlief għal pazjenti tal-onkoloġija u dawk b’anġina instabbli;
- Mhux se jsir stokkjar ta’ prodotti konsumabbli jew farmaċewtiċi;
- Mhux se jsir infaxxar ta’ feriti wara l-17:00;
- Ma tingħatax assistenza fi proċeduri ta’ sutura, tneħħija ta’ punti jew tindif tal-widnejn;
- Ma jimtlewx repair forms;
- Mhux se jintlibsu badges ta’ identifikazzjoni;
- Ma jintużawx kompjuters jew apparat simili;
- Ma jsirx infaxxar ta’ pazjenti li ma jaqgħux taħt iż-żona fejn jaħdmu l-infermieri rispettivi;
- Ma jiġux reġistrati pazjenti li jattendu fil-kamra tat-trattament;
- Ladarba fiċ-Ċentri tas-saħħa m’hemmx faċilitajiet aċċettabbli relatati mal-kmamar tal-banju u l-kmamar tal-istaff, infermieri jistgħu jattendu bnadi oħra barra miċ-Ċentri tas-Saħħa meta jkollhom bżonn jużaw il-kmamar tal-banju jew fil-ħin tal-brejk.
L-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo:
- L-infermieri mhux se jaħslu pazjenti ħlief dawk li ma jistawx jinħaslu minn staff ta’ sapport fuq is-sodda tagħhom stess minħabba kundizzjonijiet mediċi serji;
- Ma jipparteċipawx f’rounds tas-swali;
- Ma jipparteċipawx fi tqassim tal-ikliet ħlief għalf enterali;
- Ma jsirx qadi barra mill-post tax-xogħol ħlief għal pazjenti li jkunu għaddejjin mill-kimoterapija waqt it-trasferiment;
- Ma jipparteċipawx fit-trasferiment tal-pazjenti bejn sala u oħra ħlief għal pazjenti b’emboliżmu pulmonarju, chest drains jew pazjenti li jirrikjedu kura intensiva;
- Ma jsir l-ebda xogħol kjerikali;
- Ma jintużax kompjuter jew apparat simili;
- Ma jiġux akkumpanjati pazjenti lejn sptarijiet oħra, djar tal-anzjani jew kliniċi oħra;
- Mhux se jintlibsu badges ta’ identifikazzjoni;
- It-tobba mhux se jiġu akkumpanjati fil-kliniċi.
Fiċ-Ċentri tas-Saħħa:
- L-infermieri mhux se jaħdmu f’Ċentri tas-Saħħa oħra ħlief fejn huma allokati;
- Mhux se jsir ġibs lill-pazjenti;
- Mhux se jsiru proċeduri ta’ tneħħija kirurġika ta’ demm ħlief għal pazjenti b’anġina instabbli;
- Mhux se jsir stokkjar ta’ prodotti konsumabbli jew farmaċewtiċi;
- Mhux se jsir infaxxar ta’ feriti ħlief fil-ħin tal-appuntamenti (10:00 sa 17:00);
- Mhux se jsir infaxxar elettiv barra mill-ħin tal-appuntament;
- Mhux se jsir iċċekkjar ta’ samples tad-demm li jasal fiċ-Ċentri tas-Saħħa mingħand tobba privati jew minn djar tal-anzjani privati;
- Ma jimtlewx repair forms;
- Ma jitwasslux pazjenti minn post għall-ieħor fiċ-Ċentri tas-Saħħa;
- Mhux se jintlibsu badges ta’ identifikazzjoni;
- Ma jintużawx kompjuters jew apparat simili ħlief għal pazjenti POC;
- Ma jsirx infaxxar ta’ pazjenti li ma jaqgħux taħt iż-żona fejn jaħdmu l-infermieri rispettivi;
- Ma tingħatax assistenza fi proċeduri ta’ sutura jew tindif tal-widnejn;
- Ma jitneħħewx steri-strips, punti jew clips kirurġiċi;
- Infermieri li jaħdmu fil-bereġ u kliniċi speċjali fosthom dawk tad-dijabete, oftalmika, ortopedika, renali, lifestyle, mcc u cdmc se jirrappurtaw għax-xogħol fil-kamra tat-trattament fejn allokali;
- Ma jweġbux telefonati.
Fiċ-ċentri fejn jiġu offruti servizzi ta’ tilqim:
- Mhux se jintlibsu badges ta’ identifikazzjoni;
- Mhux se jitwieġbu telefonati.
Fil-klinika Well Baby:
- Mhux se jintlibsu badges ta’ identifikazzjoni;
- Mhux se jitwieġbu telefonati.
Fil-klinika Well Women (PHCD):
- Mhux se jsiru sessjonijiet żejda;
- Mhux se jintlibsu badges ta’ identifikazzjoni;
Mhux se jitwieġbu telefonati.
Fil-Commcare Unit:
- Mhux se jintużaw vetturi waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.
Fid-djar tal-anzjani:
- Ma jbiddlux ħrieqi tal-pazjenti, kif ukoll ambulazzjoni tagħhom kemm matul il-ġurnata kif ukoll bil-lejl;
- Ma jipparteċipawx f’rawnds tal-wards;
- Ma jipparteċipawx fi tqassim tal-ikliet ħlief għalf enterali;
- Ma jsirx qadi barra l-post tax-xogħol;
- Ma jsir l-ebda xogħol kjerikali;
- Ma jiġux akkumpanjati pazjenti lejn sptarijiet oħra ħlief id-Dipartiment A&E;
- Ma jiġux aċċettati pazjenti wara s-18:00;
- Ma ssirx preparazzjoni għall-files tal-pazjenti;
- Ma jitweġbux telefonati,
- Ma jintlibsux badges ta’ identifikazzjoni;
- Ma jsirux proċessi ta’ tneħħija kirurġika ta’ demm.
Fl-Isptar Sir Paul Boffa:
- Ma jsirx ħasil tal-pazjenti;
- Ma jsirx tqassim tal-ikliet ħlief għalf enterali;
- Ma jsir l-ebda xogħol kjerikali;
- Ma jsirux ordnijiet għal prodotti konsumabbli jew ta’ farmaċewtika;
- Ma jintużawx kompjuters jew apparat simili;
- Ma jitweġbux telefonati;
- Ma jintlibsux badges ta’ identifikazzjoni.
Fl-Out-Patients tad-Dermatoloġija:
- Ma tingħatax assistenza fil-lista elettiva tat-teatri qabel l-10:00;
- Ma jiġux aċċettati pazjenti żejdaħlief f’każi urġenti fejn ikun hemm suspett ta’ melanoma;
- Ma jarawx pazjenti fil-klinika tal-ulċeri fis-saqajn ħlief jekk ikun hemm appuntament ibbukkjat;
- Ma jitweġbux telefonati;
- Ma jiġux akkumpanjati pazjenti, ħlief f’każi urġenti;
- Ma jsirux ordnijiet għal prodotti konsumabbli jew ta’ farmaċewtika.
- Ma jiġux assistiti t-tobba fiż-żona klinika tal-outpatients;
- Ma jintlibsux badges ta’ identifikazzjoni.
L-infermiera li jaħdmu bħala relievers se jirrifjutaw ukoll li jaħdmu f’postijiet fejn l-infermiera ma jkunux qed jaħdmu minħabba d-direttivi tal-MUMN waqt li mhux se jidħlu fis-seħħ direttivi industrijali meta l-istudenti tan-nursing u midwifery jkunu għaddejjin bl-aħħar eżamijiet tagħhom.
//= $special ?>