Lokali Unjoni Ewropea

RITRATTI: L-immigranti tal-MV Lifeline jqattgħu l-ewwel lejl f’Malta

Il-kaptan ġie rilaxxat mid-Depot wara li kien interrogat

Il-Pulizija tard ilbieraħ bil-lejl interrogat lill-Kaptan tal-MV Lifeline hekk kif dan il-bastiment trakka mal-moll tal-Isla b’aktar minn 230 immigrant abbord.

Il-kaptan kien l-aħħar persuna li tniżżlet minn fuq il-bastiment.

Hu ttieħed lejn id-Depot fil-Furjana, iżda twassal lura fuq il-vapur ftit wara.

Fost l-immigranti kien hemm 17-il mara u ħamest itfal li l-kundizzjoni tagħhom tinsab tajba. Kien hemm persuna li kellu ksur fil-polz, iżda dan ġie rrilaxxat mill-isptar Mater Dei.

Hekk kif il-vapur trakka, numru ta’ sostenituri tal-Moviment Patrijotti Maltin firxu banner mas-sur tal-Isla mill-ġnien tal-gardjola.