Appell minn numru ta’ Maltin għal ħarsien tal-ambjent ta’ pajjiżna, azzjoni li hemm bżonn tittieħed illum qabel għada. Dan kien il-messaġġ ewlieni lejn il-Gvern u l-awtoritajiet fl-isfond tal-iżvilupp f’Malta u Għawdex.
Fost il-ħruq tal-inċens, f’mixja li bdiet minn quddiem il-Parlament fil-Belt Valletta numru ta’ dimostranti għamlu karteluni b’messaġġi konkreti għal aktar ħarsien tal-ambjent.
Ħadna l-kumment ta’ Adrian Gatt mill-Grow 10 Trees Project fejn qalilna aktar dwar id-dimostrazzjoni u dwar il-politika favur l-ambjent. Huwa qal li f’Malta hemm bżonn ta’ aktar ħarsien tal-ambjent u li l-politika tagħhom issa se tkompli biex dan il-ħarsien ikompli jitwettaq.
Steve Zammit Lupi, żagħżugħ li huwa ċiklista, qalilna għal pjan ta’ aktar ħtieġa għal pjan olistiku għat-transport f’Malta u li kulħadd jiġi inkluż f’dan l-istess pjan.
Intant kien hemm preżenti wkoll membri ta’ Birdlife Malta fejn qalu li l-awtoritajiet Maltin hemm bżonn jpoġġu l-ambjent ta’ Malta f’kull kunsiderazzjoni ta’ żvilupp f’pajjiżna.
Tlifna d-definizzjoni tal-kelma ‘siġra’.
F’messaġġi oħra ħareġ ukoll kif il-kelma siġra, fil-Malti tilfet id-definizzjoni naturali tagħha u kif din il-kelma għal uħud qed tkun ta’ thedida, flok ta’ sostenibbilità. Dan b’rabta mal-qerda ta’ diversi siġar fi proġetti nazzjonali.
Fost oħrajn fid-dimostrazzjoni kien hemm preżenti l-Kelliem għall-Ambjent f’isem l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, Jason Azzopardi.
//= $special ?>