Lokali

9 IMMIGRANTI JIDĦLU F’MARSASKALA: L-awtoritajiet jindunaw bihom malli daħlu max-xatt

Il-Pulizija arrestat disa’ persuni li jidher li huma immigranti li daħlu f’pajjiżna mingħajr permess, u li l-awtoritajiet indunaw bihom malli waslu max-xatt ta’ Marsaskala.

Fuq il-post waslu diversi uffiċjali tal-Pulizija, bl-immigranti li jidher li ppruvaw jaħarbu mill-post malli ndunaw b’dan. Madankollu huma ġew arrestati, għalkemm għaddejja tfittxija biex ikun żgurat li ma ħarbux xi oħrajn.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-18:30, bl-immigranti jinżlu fuq l-art qrib il-pitch tal-waterpolo f’Marsaskala. Fil-post uffiċjali tal-immigrazzjoni biex jiġu identifikati dawn il-persuni.