Fortunatament ħadd ma ndarab meta ċilindru tal-gass sploda f’dar privata fil-Kappara.
L-inċident kien rappurtat lill-Pulizija għall-ħabta tas-siegħa u kwart ta’ waranofsinhar fi Triq Monsinjur Emmanuel Debono li tinsab bi dritt il-flyover tal-Kappara.
Fuq il-post marru l-Pulizija kif ukoll uffiċjali oħra imma s-sitwazzjoni malajr inġiebet taħt kontroll.
//= $special ?>