Internazzjonali

L-ewwel twissija ta’ maltempata tar-ragħad fir-Renju Unit

Għall-ewwel darba fil-164 sena storja tiegħu, il-Met Office fir-Renju Unit ħareġ twissija ta’ maltempata tar-ragħad għall-ġurnata tal-Ħadd.
It-twissija nħarġet għal-Lbiċ tal-Ingilterra u Wales. Dan hekk kif fil-bqija tar-Renju Unit kompliet mewġa ta’ sħana.
It-twissija ta’ maltempata tar-ragħad kienet imwassla x-xahar li għadda flimkien ma’ sistema biex twissi jekk hux se jkun hemm sajjetti.