Futbol Sport

Mohamed Salah iġedded il-kuntratt ma’ Liverpool

Mohamed Salah

Mohamed Salah iffirma kuntratt fit-tul li bih xejjen spekulazzjoni li seta’ jħalli lil Liverpool. L-Eġizzjan ta’ 26 sena ffirma sal-2023 u jittama li jkompli fuq l-istaġun brillanti li kellu ma’ Liverpool. Il-kuntratt il-ġdid ma għandux klawsola.

Wara li ngħaqad magħhom mingħand Roma s-sajf li għadda, Salah skorja 44 gowl fi 52 logħba li kien it-tieni l-aktar staġun prolifiku fl-istorja. Hu skorja 32 gowl f’kampjonat ta’ 38 logħba li kien rekord u rebaħ l-unur tal-PFA Player of the Year.

Salah kien strumentali biex Liverpool waslu sal-finali taċ-Champions League fejn tilfu 3-1 kontra Real Madrid, filwaqt li Liverpool spiċċaw ir-raba’ fil-Premier League.

Il-manager ta’ Liverpool Jurgen Klopp qal li l-aħbar hu unur għal plejer li ta’ kontribut kbir għat-tim u l-klabb fl-aħħar staġun. Hu żied li dan il-kuntratt ifisser il-fiduċja tiegħu f’Liverpool u l-fiduċja tagħna fih.

Salah jemmen li jista’ jikseb aktar ma’ Liverpool u rringrazzja lil kull min għandu x’jaqsam ma’ Liverpool u l-partitarji.