Lokali Parlament

Residenti ta’ Ħ’Attard u għaqdiet ambjentali jsostnu li l-Gvern hu arroganti u ma jridx jisma’ dwar is-Central Link

Residenti ta’ Ħ’Attard u għaqdiet ambjentali akkużaw lill-gvern b’arroganza u li ma jridx jisma’ dwar is-Central Link f’Ħ’Attard

Din it-triq kontroversjali kienet diskussa fil-kumitat parlamentari li fiha pparteċipaw diversi residenti u għaqdiet ambjentali.

Fil-bidu tas-seduta d-deputat Godfrey Farrugia qal li f’Ġunju 2018 ma saret l-ebda laqgħa tal-Kumitat meta l-ftehim kien li l-laqgħat isiru darba kull xahar u meta hemm aġenda mimlija ta’ suġġetti.

Iċ-Chairman, id-deputat Laburista Alex Muscat, qal li l-prassi ma nbidlitx u l-Kumitat iltaqa’ b’mod kostanti u ddiskuta t-talbiet kollha.

Id-deputat Godfrey Farrugia qal li hemm talbiet li qatt ma kienu diskussi fosthom dwar il-public domain li ilha pendenti sa mill-2017 u talb tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina dwar il-waste to energy li wkoll ilha mill-2017.

Iċ-Chairman qara talbiet tad-deputat Godfrey Farrugia li talab diskussjoni dwar il-ħarsien tas-siġar. Talba oħra tad-deputat Godfrey Farrugia kienet dwar diskussjoni fuq il-green enclaves.

Il-Ministru għall-Ambjent Josè Herera qal li tħejja abbozz ta’ liġi, li mar għall-konsultazzjoni pubblika biex issa l-liġi hi lesta u se titressaq kabinett biex tkun ppreżentata bħala waħda mill-ewwel liġijiet għas-sena d-dieħla.

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopari qal li l-Kumitat Parlamentari għandu jikteb lill-Awotità tal-Ippjanar biex l-eżerċizzju jkun konkluż. Iċ-Chairman qal li kien se jikkomunika mal-awtoritajiet tad-djar u tal-ippjanar dwar dan.

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-ħadd 17 ta’ Ġunju 2018 qara aritklu f’The Times dwar pjani ta’ Transport Malta fuq 200 siġra li kienu se jinqalgħu. Tranpsort Malta kienet ppreżentat pjan ġdid dwar il-qlugħ tas- siġar u fl-artiklu intqal li wara l-artiklu, Transport Malta kienet għamlet upload fuq is-sit li fih kienet naqqset in-numru ta’ sġar li se jinqalgħu.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li fl-20 ta’ Ġunju 2018 kien magħruf li Transport Malta ħarġet verżjoni numru tlieta fejn in-numru ta’ siġar impattat niżel għal 15. Fit-23 ta’ Ġunju 2018 saret ir-raba’ verżjoni u intqal li se jinqalgħu tliet siġriet iżda dawn il-pjani m’humiex fuq is-sit tal-Awtorità tal-Ippjanar. Dan juir nuqqsa ta’ ħsieb u ppjanar. Jeħtieġ li Transport Malta tippreżenta l-pjani finali għall-proġett tas-Central Link Project. Transport Malta għandha tispeċifika x’konsultazzjoni saret anki fil-kuntest tal-petizzjoni minn 430 resident ta’ Ħ’Attard.

Il-pjani se jintilfu 10 ġwiebi u bidwi waħdu se jitlef 30 tomna art u ħamest ġwiebi.

Hu kellem dwar il-każ ta’ Ħal Balzan fejn hemm nuqqas ta’ informazzjoni u f’Tal-Barrani fejn hemm proposta se jintilfu numru ta’ siġar. Fi Triq Diċembru 13, b’mod mgħaġġel tneħħew ukoll siġar li kienu tħawlu fis-sebgħinijiet.

Id-deputat Godfrey Farrugia qal li sakemm isir il-pjan ħolistiku, għandu jkun hemm regoli. Hu sostna li l-proġett se jsir biex solvi l-problemi tat-traffiku f’Ħ’Attard iżda se kien hemm pjani ta’ maniġġjar tat-traffiku alternattivi li ma jgħaddux skont kif kien ippjanat 30 sena ilu. Setgħu jintużaw toroq alternattivi bla ma jintużaw il-€55 miljun jew jintużaw sistemi taħt l-art.

Il-Ministru Ian Borg qal li dan kollu tqanqal għax il-ġurnalist li kiteb ir-rapport ma ħax il-verżjoni tal-gvern. Hu qal li kien ixxukkjat bir-rapport għaliex kien jaf li dak li intqal ma kinx veru. Il-proposta dwar il-200 siġra kienu biss l-ewwel abbozzi tant tli ftit wara li kien pubblikat l-artiklu, l-Awtorità ippubblikat il-pjani li kienet waslet fihom f’dak l-istadju. Hu spjega li l-pjani komplew jitjiebu u l-pjanti komplew jinbidlu. Dan il-proġett ilu ppjanat għexieren ta’ snin.

Il-Ministru Ian Borg qal li l-proġett ma jistax ma jsirx minħabba ftit pressjonijiet ta’ individwi li jkollohm interess personali. Dan il-proġett għadu fil-pjani lokali, sostna l-Ministru Ian Borg, li kompla li 98 persuna biss mill-petizzjoni huma reġistrati f’Ħ’Attard, fejn jgħixu 11,000 persuna. Il-Ministru Borg qal li s-sitwazzjoni bħalissa waħda diffiċli fit-traffiku f’Ħ’Attard. Hu qal li ċertu interventi fit-toroq huma tas-sens komun. Bħalissa l-użu tat-trasport tela’ għal 50 miljun minn 20 miljun. Il-pajjiż għadu ferm lura mill-pjani ta’ 5,000 karozza bl-elettriku sal-2020.

Il-Ministru Borg qal li dan il-proġett se jimpatta pożittivament it-tnaqqis tal-emissjonijiet, it-titjib fl-ambjent u t-tnaqqis tat-traffiku miċ-ċentru ta’ Ħ’Attard. S’issa lanqas il-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard għadu ma tkellimx jekk hux kontra dan il-proġett.

Dwar Ħal Balzan, il-Ministru Borg qal li l-Kunsill Lokali kien konsultat dwar iż-żewġ siġriet tal-ficus li m’humiex siġar indiġeni li ma nqatlux iżda tħawlu f’postijiet oħra. Il-Ministru Borg qal li l-pjani tal-Gvern huma li tintuża inqas art mill-pjani tal-2006, meta it-triq kienet ippjanata b’sit korsiji.

Id-deputat Godfrey Farrugia qal li hu jemmen fil-proġett tas-Central Link u kien tkellem mal-Ministru Borg privatament. Hu qal li f’ġimgħa dan il-proġett tbiddel erba’ darbiet. Il-gvern qed jiddisinja 13-il junction bl-impenn li jkun hemm l-inqas impatt ambjentali fejn f’Ħ’Attard se jkun hemm 600 siġra minlfok it-300.

Il-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera qal li kull investiment u żvilupp ekonomiku se jikkrea piż fuq l-ambjent. Hu qal li jaqbel li jitwessgħu t-toroq tal-pajjiż u sostna li qed isir studju bi proposti għall-gvern li parti minn Triq Reġjonali tissaqqaf kollha biex isir park f’nofs Santa Venera. Il-gvern se jkun obbligat li jagħti kumpens lill-Ministeru għall-Ambjent biex isir investiment fejn ikun hemm bżonn li jitħawlu iktar siġar.

Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius qal li l-petizzjoni telgħet għal 900 persuna fejn in-nies qed jipproponu li jinstabu alternattivi oħr minflok jinqered l-ambjent u l-aspett agrikolu li hemm fiż-żona. Hu qal li kien ressaq erba’ proposti biex jinstabu soluzzjonijiet bla ma jintefqu €55 miljun. Se jinqerdu mijiet ta’ siġar, sostna David Agius, li appella lill-gvern biex jisma’ lin-nies li se jintlaqtu. Hu qal li l-proġetti tal-passat ma sarux biex ma jkunx hemm qerda tal-ambjent. Il-gvern mhux jispjega jekk hux se jġib fondi mill-UE għal dan il-proġett.

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li kellu toma morra dwar l-interventi li għamlu l-ministri Ian Borg u Josè Herrera li pprovaw jgħidu li dan li-proġett hu tort tan-Nazzjonalisti, tal-ġurnalist u tal-Kunsill Lokali li mhux isaqqi s-siġar. Il-pjanti tressqu minn Transport Malta fid-9 ta’ April 2018 għas-Central Link li jinkludu t-tneħħija ta’ 200 siġra. Hu staqsa meta l-pjani finali se jkunu uploaded fis-sit.

Quddiem il-kumitat tkellmet ukoll Simon Pace min-Netwrok ta’ Residenti ta’ Ħ’Attard (AREN) li qal li r-residenti m’għandhomx aġendi moħbija u appella lill-Ministru għall-Ambjent biex isiru diskussjonijiet. Hu sostna li r-residenti qed ikunu rikolati minn Transport Malta tant li l-Ministru Ian Borg stess iddikjara li l-proposti tar-residenti lanqsa biss waslu għandu.

L-uffiċjali ta’ Transport Malta bdew jidħku f’wiċċhom, il-Perit Attard keċċihom mill-uffiċċju; dan wara li r-residenti talbu li jkollhom laqgħa mal-Ministru Ian Borg. M’hemmx diskussjoni u m’hemmx smigħ!, sostna Simon Pace, li qal li l-proġett mhux bilanċjat. Hu appella biex jittieħdu miżuri l-aternattivi biex ikun garantit li jkun sar kollox. L-art li se tittieħed ma tistax tkun ritornata lura, sostna Simon Pace.

Il-Ministru Ian Borg wieġeb li hemm laqgħa ppjanata, il-Gvern se jisma’ u se jiddeċiedi.

Il-Professur Simone Attard, mill-Univeristà ta’ Malta u speċjalista fit-trasport Urban, qalet li aktar ma jsiru toroq aktar se jiżdiedu l-karozzi. Hi trattat l-istrateġiji dwar it-traffiku u staqsiet x’inhuma l-aspirazzjonijiet tal-pajjiż. Hi tkellmet dwar l-importanza li t-toroq ikunu aċċessibbli għat-tfal, il-familji u l-anzjani u qalet li l-priorità tat-toroq m’għandhomx iknu għall-karozzi. Jeħtieġ li l-awtoritajiet jaddottaw sistemi li jiffavorixxu lin-nies.

Simone Vella Lineker, f’isem numru ta’ residenti ta’ Ħal Balzan, qalet li l-pjanti mitluba dwar Ħal Balzan ma waslux u meta waslu kien hemm biss ħamra fuq site plan. Hi sostniet li l-Kunsill Lokali qal li ma kinx konsultat dwar it-tneħħija taż-żewġ siġriet li kienu jagħtu identità lil-lokal. Kieku l-gvern laqa’ l-istedina tal-esperti biex jiltaqa’, is-siġar setgħu jkunu intgerati fil-proġett, li ma sarx skont il-pjan lokali.

Il-Ministru Ian Borg sostna li l-Kunsill lokali ta’ Ħal Balzan kien konsultat dwar is-siġar li tneħħew fi Triq il-Wied.

Ian Spiteri, is-Sindku ta’ Ħal Balzan, qal li l-kunsill ilu tliet snin f’diskussjonijiet mal-awtoritajiet iżda s-sitwazzjoni kienet li l-proġett jista’ jsir biss jekk is-siġar jinqalgħu. L-għażliet kienu li s-siġar jirrilokaw ftit metri minn fejn kienu u qed jissaqqew tliet darbiet kull ġimgħa. Hemm ukoll kwistjonijiet ta’ sigurtà u l-kunsill applika darbtejn biex isiru l-bankini fit-triq. Is-siġar kienu ta’ periklu, sostna s-sindku, li qal li s-sigurtà hi l-ewwel prijorità. Kien hemm problemi fi-djar anki minħabba l-għeruq tas-siġar li kienu deħlin fid-djar u jikkaġunaw problemi tad-drenaġġ. Ir-rata li s-siġar isalvaw meta jerġgħu jitħawlu kienet ta’ 90%. Is-Sindku ta’ Ħal Balzan qal li l-kunsill għad m’għandux pjanta dettaljata dwar kif ġejja t-triq.

L-ambjentalist Alfred Baldacchino qal li ilu 50 sena involut fil-ħarsien tal-ambjent u qal li fil-kumitat inqtalu kummenti politiċi aprtiġġjani li jinsulentawh. Hu qal li għaddejja xalata ta’ qtugħ ta’ siġar f’diversi postijiet fosthom il-Marsa, Santa Luċija u r-Rabat. Qatt ma rajt qerda daqshekk qawwija fil-biodiversità tal-pajjiż minn flus il-poplu minkejja li llum hawn Ministru għall-Ambjent u Awtorità għall-Ambjent.

Alfred Baldacchino qal li fiż-żona tas-Central Link hemm 15-il ġiebja bl-ilma tax-xita fejn hemm bdiewa full-time. Hu kompla li dawn in-nies ma ġewx informati u staqsa jekk hem min qed jaħbi. Hemm siġra li f’Malta hawn waħda biss bħala u hemm orħa f’Għawdex. Skont ir-regolamenti tal-ħarsien tas-siġar, l-ERA tista’ tiddikjara li s-sit hu protett. Għaliex hawn mibgħeda lejn is-siġar u lejn il-biodiversità? staqsa Alfred Baldacchino li qal li d-deċiżjonijiet mgħaġġla qed jagħmlu siġar mejta.

Uffiċjali Din l-Art Ħelwa sostnew li jinsabu inkwetati ħafna bin-nuqqas ta’ trasparenza u fuq l-użu ta’ ODZ u tqaċċit ta’ siġar. Mill-pjanti tas-16 ta’ Ġunju 2018 jirriżulta li hemm madwar 787 siġra li se jinqalgħu.

Il-Ministru Ian Borg irreaġixxa li dawk m’humiex il-pjanti finali.

L-uffiċjali ta’ Din l-Art Ħelwa qalu wkoll li l-art li se tittieħed hi ta’ 47,560 metru kwadru (50 tomna) biex it-triq titwessa’. Se jitħawlu biss tliet speċi fl-ammont ta’ 725. Din l-Art Ħelwa appellat lill-Gvern biex jiddikjara li se jirrispetta l-ambjent tal-pajjiż.

Il-Ministru Ian Borg qal li b’dawn in-numru qed iħossu li qed jilgħab il-lottu.

L-uffiċjali ta’ Din l-Art Ħelwa qalu li hu insult li l-Ministru jsemmi l-lottu quddiem l-pożizzjoni li huma qed jieħdu quddiem il-qerda tal-ambjent. Huma sostna li ma jemmnux li s-Central Link hi l-aħjar soluzzjoni għat-traffiku fiż-żona. L-Għaqda staqsiet jekk hemmx EIA dwar is-Central Link.

Il-kumitat tkellmu wkoll rappreżentanti taċ-ċiklisti li trattataw il-mod kif iċ-ċiklisti għandhom ikunu protetti fit-toroq u sostnew li ħassewhom offiżi mill-kummenti tal-Ministiru Ian Borg meta dan qal li hemm min irid itellef il-ħidma tal-Gvern. Il-fondi mill-UE jiġu jekk il-proġett ikun wieħed adegwat.

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi staqsa lilll-uffiċjali ta’ Din l-Art Ħelwa dwar il-pjanti li jinqalgħu 31 speċi ta’ siar għal total ta’ 787 siġra. M’għandux ikun aċċettat li jkun hawn realtà fejn il-gvern iqarraq b’dan il-mod. Huq al li jkek din m’hix veru allura l-applikazzjoni saret b’mod inkwetanti.

Malcolm Vella Haber, f’isem numru ta’ residenti ta’ Ħ’Attard, qalu li huma preokkupati b’dak li se jseħħ speċjalment il-fatt li l-Ministri Ian Borg mhux lest li jismaghħom u jinsab dispjaċut għall-mof kif indirizzhom minħabb l-petizzjoni ta’ iktar minn 400 persuna u li issa telgħet għal 900 online. Hu qal li ma jafx kif il-Ministru Ian Borg jaf li hemm biss 98 persuna minn Ħ’Attard għaliex dan ifisser li l-Ministru Borg mar kontra l-GDPR meta kellu aċċess għall-ID Cards.

Ir-resident staqsa jekk il-Ministru Ian Borg hux lest li jidħol responsabbili għall-problemi respiratorji li għandu t-tifel tiegħu iħoss li se tgħaddi triq minn quddiem id-dar tiegħu. Hu stqsa li hmem erba’ serer ta’ 850 metru kwardu, razzett antik ħafna bl-annimali li jipproduċi l-ġbejniet u hemm stabbiliment kummerċjali li se jitlef il-parkeġġ ta’ 15-il karozza. Hu qal li jinsab informat li l-gvern qabbad espert jgħodd kemm hemm siġar mill-Imrieħel sa Ħ’Attard u wasal sal-2,000 siġra.

Jidher li hemm intenzjoni li dan ir-rapport ma jkunx pubblikat. Din it-triq se teffettwa ħażin il-prodotti agrikoli tal-bdiewa li issa se jibqa’ jkollhom livell ta’ ċomb minħabba l-karozzi. Hu staqsa jekk sarux l-istudji ambjentali meħtieġa u appella lill-gvern biex jikkunsidra dawn l-aspetti.

Victor Tonna, bidwi li hu milqut mill-proġett għax jaħdem art agrikola fiż-żona qal li mhux se jimxi ‘l quddiem waqt li mara tiegħu sostniet li se jkollha tmur tittallab. Il-bidwi jaħdem art tal-gvern. Il-mara tal-bidwi appellat biex il-gvern jibża’ għall-bdiewa.

Peter Gatt, ġeoloġista, ppropona li t-triq lejn ir-Rabat ma tintmissx iżda t-triq li hemm issir one-way lejn ir-Rabat. Soluzzjoni oħra hi li tintuża l-mina li kienet tuża l-ferrovija li jasal sa taħt il-Foss tal-Imdina; liema mina tgħaddi minn taħt l-Imdina.

Il-Ministru Borg kkonferma l-eżistenza ta’ din il-mina iżda qal li ma teżistix mina bejn l-Imdina u Ħ’Attard.

Il-Kap ta’ Infrastruttura Malta l-Inġinier Frederick Azzopardi qal li hawn qbil li hemm bżonn issir miżura f’Ħ’Attard u qal li hemm impenn li l-pjanti jkomplu jitjiebu. Dwar il-mina, l-Inġinier Azzopardi qal li wara 10 snin il-mina ma tibqa’ vijabbli u sal-2045, il-mina jkollha l-istess effetti daqs li kieku ma jkun sar xejn. Hu qal li din kienet l-aħjar għażla u sostna li mhux se jinqalgħu 787 siġra. Madwar 200 siġra huma tal-oleandru li jistgħu jkunu perikolużi. Il-proġett se jkun fih iktar siġar milli hemm illum.

L-Inġinier Azzopardi qal li l-konsulenti Crowd Net Ltd ngħażlu b’direct order għall-proġett ta’ €50 miljun. Id-deputat Nazzjonalista Jasosn Azzopardi kkummenta li f’din il-kumpanija hemm l-involviment ta’ uffiċjal tal-PArtit Laburista li. Jason Azzopardi sostna li x-xogħol kellu joħroġ b’offerta.