Lokali

Jintlaqat fibre cable tal-Melita waqt xogħlijiet fuq il-Marsa Junction

Il-ħsara ser tibda tissewwa f’nofs il-lejl tal-lejla

Wieħed mill-fibre cables ewlenin tal-kumpanija Melita spiċċa milqut waqt ix-xogħolijiet li għaddejjin preżentament fil-Proġett tal-Junction tal-Marsa. Il-każ seħħ l-Erbgħa waranofsinhar bil-konsegwenza li s-servizz tal-Melita spiċċa wieqaf fil-lokalitajiet ta’ Ħaż-Żabbar, Żurrieq u Mqabba.

Fi stqarrija l-kumpanija Melita avżat li t-tiswijiet ser jibda f’nofs il-lejl tal-lejla sas-sigħat bikrin tal-Ħamis filgħodu. Għaldaqstant, tul dan il-lejl, il-klijenti tal-Melita fin-nofsinhar ta’ Malta, ser ikunu qed jesperjenzaw xi interruzzjonijiet fis-servizz tat-TV, internet, telephones tad-dar kif ukoll fis-servizz tal-mobile.

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija, Harald Roesch, insista li t-tiswijiet ser ikunu qed isiru dan il-ħin biex jimminimizaw l-inkonvenjent bil-għan li jipprovdu l-aħjar soluzzjoni għall-klijenti.

“We are repairing this cable at a time to minimise disruption and provide the best solution for our customers, despite doing the repair during the night, I realise this will cause inconvenience, but I would like to assure all our customers which are affected that we are working to fix the cable as quickly as possible” explained Melita CEO, Harald Roesch.

Aktar dettalji hawn.