Lokali

Min se jirbaħ it-Tazza tad-Dinja? Ara x’qalulna n-nies

Hekk kif issa saru magħrufa it-8 timijiet li se jkunu parti mill-kwarti finali tat-Tazza tad-Dinja u din il-kompetizzjoni tinsab f’waqfa ta’ jumejn, Net News mar il-Belt u ra x’għandhom x’jgħidu n-nies dwar it-tazza tad-dinja u l-opinjoni tagħhom dwar min se jkun ir-rebbieħ.

It-tazza tad-Dinja tkompli il-Ġimgħa u s-Sibt meta jintlagħbu l-kwarti tal-finali.

Żgur li f’Malta l-aktar logħba mistennija ser tkun dik li se tintlagħab is-Sibt wara nofsinhar bejn l-Ingilterra u l-Iżvezja. B’ħafna jittamaw li t-tim Ingliż jirbaħ it-Tazza tad-Dinja wara 52 sena…. nistennew u naraw.