Internazzjonali

Konferma ta’ każ ieħor ta’ avvelenament minn sustanza tossika

Il-Pulizija Ingliża konfermat li l-każ ta’ koppja li ħasshom ħażin f’Amesbury u issa jinsabu f’każ kritiku fi sptar hu wieġed ta’ avvelenament minn sustanza tossika. L-istess sustanza li f’Marzu ntużat fil-każ tal-eks spjun Russu Sergei Skripal u bintu Yulia .

Il-każ issa qed ikun investigata mill-Pulizija ta’ kontra t-terroriżmu. Fil-każ hemm imdaħħla wkoll il-laboratorju tal-Gvern responsabbli mill-armi kimiċi.

Amesbury jinsab madwar għaxar kilometri minn Salisbury, fejn f’Marzu kienu spiċċaw avvelenati l-eks spjun Russu Sergei Skripal u bintu Yulia.

Dan materjal tossiku ħafna magħruf bħala Novichok u li tort tal-każ kien ingħata lir-Russja u wassal biex ir-relazzjonijiet bejn il-Punent u Moska jmorru l-baħar.

Il-Pulizija qalet ukoll li postijiet li kienu frekwentati minn din il-koppja, li ma kinitx identifikata imma l-midja Ingliża qed tgħid li huma Charlie Rowley u Dawn Sturgess, kemm f’Amesbury kif ukoll f’Salisbury kienu iżolati u kien hemm esperti li qed jifluhom għal xi traċċi. Il-koppja hu mifhum li attendew attività għall-familja fl-Amesbury Baptist Church is-Sibt waranofsinhar u ftit wara nstabu mitlufa minn sensihom fi proprjetà li kienu għadhom kemm marru jgħixu fiha. Il-Pulizija qalet li għalissa m’hemm ebda rabta bejn il-koppja Skripal u din.

Ma kien hemm ħadd ieħor minn dawk preżenti għall-attivita li ħasshom ħażin. Fir-residenza, f’Muggleton Road, dehru nies diħlin libsin ilbies protettiv, u s-sorsi qalu li l-Prim Ministru Theresa May qed tinżamm infurmata b’kull żvilupp fil-każ. L-awtoritajiet Ingliżi qalu li għalissa ma jidhirx li hemm xi periklu għall-pubbliku inġe- nerali.