Lokali

Għada mistennija laqgħa bejn il-Gvern u l-MUMN

Daħlu fit-tieni jum tagħhom l-azzjonijiet tal-infermiera u l-qwiebel fl-isptarijiet, iċ-ċentri tas-saħħa u d-djar tal-anzjani kollha f’Malta u Għawdex.

Meta tkellem ma’ Net News, Colin Galea, s-Segretarju Ġenerali tal-union tal-infermiera u l-qwiebel qal li d-direttivi qed jiġu segwiti mill-membri kollha b’suċċess. Dan iktar minn 24 siegħa wara li daħlu fis-seħħ id-direttivi li qed jolqtu l-isptarijiet kollha tal-gżejjer tagħhna.

Is-Sibt filgħodu mistennija laqgħa bejn il-Gvern u l-MUMN. Waqt li tkun għaddejja din il-laqgħa l-azzjonijiet industrijali se jkunu sospiżi. Wara se ssir analizi ta’ dak diskuss u tittiehed decizjoni dwar jekk jissoktawx jew le l-azzjonijiet.

L-azzjonijiet industrijali bdew il-Ħamis wara li fallew id-diskussjonijiet mal-Gvern dwar ftehim settorjali ġdid għall-infermiera u l-qwiebel.

L-azzjonijiet ordnati mill-MUMN minkejja li kienu suċċess fost l-infermiera u l-qwiebel kienu ta’ nkonvenjent għall-pazjenti u dawk bżonn is-servizzi tas-saħħa, u dan wara li l-gvern baqa’ ma aġġixxix għat-talbiet li għamlet il-union.