Lokali

Ir-rispett huwa l-iktar ħaġa importanti fl-isport – Adrian Delia

Ir-rispett huwa l-aktar ħaġa importanti fl-isports. Kien dan fil-qofol tal-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta żar il-Corradino Sports Pavillion, fejn f’messaġġi li għamel wiegħed li se jkompli jaħdem biex l-isport isir professjoni u jkun xogħol full-time f’Malta.

Adrian Delia qal li qed jispira għal strutturi tajbin biex wieħed ikollu ċ-ċans li jgħid li jaħdem bħala pleyer f’livell professjonali.

Fl-aħħar tal-messaġġ tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista wassal messaġġ lill-players kollha li jekk iħobbu l-isport li jagħmlu, id-daqs tal-pajjiż m’għandux jimporta, għaliex jekk jispiraw, kapaċi jaslu fejn iridu.

Fi tmiem il-messaġġ tiegħu, Adrian Delia ngħata top tal-gear tal-klabb b’kunjomu fuq wara minn waħda mill-plejers bħala tifkira.

Waqt il-kumplament taż-żjara, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ddawwar mal-kumpless  ttieħed f’diversi kmamar fosthom fil-gymnasium.

Preżenti kien hemm numru ta’ plejers li flimkien magħhom, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ddiskuta l-importanza tal-isport u aspetti relatati.

Ritratti: Matthew Tabone