Lokali

“Kien kważi mejjet; kullimkien demm”

Hekk kif il-karozza telgħet fuq il-bankina u tajret 8 żgħażagħ, id-destin ried li fil-viċin ikun hemm persuna mħarrġa fl-ewwel għajnuna

(Aqra l-Facebook posts aktar l-isfel b’rakkont tal-persuni u l-infermieri li taw l-ewwel għajnuna)

“Bdejt intih is-CPR għal żmien twil, kien kważi mejjet. Bqajt għaddejja sakemm waslet l-ambulanza. Kien hemm id-demm kullimkien – nitlobkom ssuqux jekk tkunu xrobtu”, kliem xokkanti li kitbet fuq Facebook persuna li tat l-ewwel għajnuna fuq il-post meta kmieni l-Ġimgħa filgħodu karozza għal xi raġuni tilfet il-kontroll u telgħet fuq il-bankina max-xatt ta’ San Ġiljan fejn tajret tmien żgħażagħ.

Id-destin ried li mużiċista Maria Escalda, u fortunatament għamlet taħriġ mas-St John’s Ambulance, kienet qegħda fil-gallarija tagħha fil-viċinanzi meta seħħ l-inċident, niżlet tiġri biex tgħin liż-żgħażagħ li weġgħu. Hi rrakkuntat li malli waslet fuq il-post tal-inċident rat diżastru sħiħ – bi dmijja kullimkien.

Ritratt li ttieħed fuq il-post ftit wara l-wasla tal-ambulanza

Minbarra li ddeskriviet ix-xena, hi għamlet appell mill-qalb:

“Dan iż-żgħażugħ Olandiż li qiegħed f’kundizzjoni serja kien qiegħed fuq btala f’pajjiżna u kien sempliċiment sejjer lura wara lejl sabiħ ma’ sħabu – u spiċċa f’din il-kundizzjoni minħabba l-irresponsabbiltà ta’ bniedem li kien fis-sakra u saq. Dak il-mument meta kont qed nagħti l-ewwel għajnuna, irbatt qalbi miegħu”.

Iżda t-tifħir lil din il-persuna li niżlet tagħti l-ewwel għajnuna beda direttament mill-infermieri li kienu fuq il-post stess f’San Ġiljan – li qalulha li hi eroj għall-għajnuna li tat, filwaqt li appellaw biex kulħadd jitgħallem taħriġ bażiku tal-ewwel għajnuna.

Ara l-posts li ttellgħu fuq Facebook:

Aktar aħbarijiet relatati:

FILMAT: Karozza titla’ fuq il-bankina max-xatt ta’ San Ġiljan; ittajjar 8 żgħażagħ