Lokali

Jitwaqqfu l-azzjonijiet industrijali fil-qasam tas-saħħa

L-azzjonijiet industrijali li daħlu fis-seħħ il-Ħamis mill-MUMN, għall-membri tagħha se jieqfu.

Dalgħodu fil-Ministeru tas-Saħħa saret laqgħa bejn it-tmexxija tal-Union tal-Qwiebel u l-Infermieri (MUMN) u rappreżentanti tal-Gvern hekk kif illum kien it-tielet jum tal-azzjonijiet industrijali minn meta ġew ordnati.

Is-segretarju ġenerali tal-MUMN, Colin Galea,qal ma’ netnews.com.mt li fil-jiem li ġejjin mistennija li jkomplu l-laqgħat bejn iż-żewġ naħat li se jkunu qegħdin jikkonkludu l-ftehim innifsu. Colin Galea rringrazzja lill-membri kollha tal-MUMN talli f’dawn it-tlett ijiem wrew koperazzjoni sħiħa mat-tmexxija tal-union.

L-azzjonijiet ġew ordnati wara nuqqas mill-Gvern li joffri proposti aċċettabbli dwar ftehim settorjali ġdid. L-azzjonijiet kienu segwiti mill-infermieri u l-qwiebel kollha fl-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa kollha ta’ Malta u Għawdex. F’dawn it-tlett ijiem sfortunatament kienu affetwati numru kbir ta’ pazjenti fl-isptarijiet kollha.

Għada mistennija laqgħa bejn il-Gvern u l-MUMN