Sport Sport Ieħor

Fernando Gaviria jirbaħ l-ewwel stadju tat-Tour de France

Fernando Gaviria bil-flokk l-isfar fuq il-podju (Ritratt: EPA)

Il-Kolombjan Fernando Gaviria rebaħ l-ewwel stadju tat-Tour de France hekk kif il-favoriti Chris Froome u Nairo Quintana kienu involuti f’inċidenti separati u b’kawża ta’ hekk tilfu l-ħin.

Froome spiċċa fuq il-ħaxix f’tarf it-triq b’ħames kilometri għat-tmiem u reġa’ tela’ malajr fuq ir-rota iżda ċ-ċiklisti l-oħra kienu diġà preparaw għall-isprint finali. Il-Britanniku qasam il-linja 50 sekonda wara Gaviria li rebaħ l-isprint tal-istadju li kien twil 201 kilometru. Iċ-champion tad-dinja Peter Sagan u l-Ġermaniż Marcel Kittel spiċċaw it-tieni u t-tielet rispettivament.

Il-Kolombjan Quintana li spiċċa darbtejn it-tieni f’dan it-Tour, sofra puncture tliet kolometri u nofs mit-tmiem u spiċċa daħal aktar minn nofs minuta tard. L-isfidanti l-oħra l-Britanniku Adam Yates u l-Awstralja Richie Porte wkoll tilfu l-ħin wara li nqabdu mal-massa taċ-ċiklisti.