Internazzjonali

Is-Somalja: Attakki mill-Al Shabab fil-qalba ta’ Mogadishu

Il-militanti tal-grupp Al Shabab għadhom kemm attakkaw il-qalba tal-kapitali Somala, Mogasdishu, fejn ikkonċentraw fuq il-Ministeru għall-Intern u s-sigurtà nazzjonali. Dan wara li l-militanti tajjru żewġ karozzi-bomba fl-inħawi.

Din kienet l-ewwel azzjoni ta’ dan it-tip mill-bidu tar-Ramadan, kważi xaharejn ilu, bil-media internazzjonali tirrapporta li mietu talanqas għaxra, b’għexieren ta’ ċivili jisfaw midruba b’konsegwenza tal-attakki mill-militanti.

Waħda mill-karozzi-bombi splodiet barra l-Ministeru tal-Intern li jintuża wkoll mill-pulizija u bil-karozza-bomba l-oħra tħalli qerda sħiħa fl-inħawi viċin il-Palazz Presidenzjali ta’ Mogadishu.