Lokali

FILMAT: Linja fina biex l-immigrazzjoni irregolari ma ddurx f’razziżmu – Adrian Delia

http://www.youtube.com/watch?v=A1U_l7XzKPY

Hemm linja fina ħafna li wieħed m’għandux jaqbeż ħalli s-sitwazzjoni preżenti tal-immigrazzjoni irregolari ma tispiċċax kwistjoni ta’ razziżmu. Imma l-Gvern irid jiċċara kliemu u ma jibqax iwassal il-messaġġ li qed jgħid bħalissa.

Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta kien il-mistieden ta’ Dulcima Aquilina u grupp ta’ żgħażagħ fil-program “Għażliet Sajf”, fuq NET FM. Hu fakkar kif il-Gvern filli jgħid li għandna bżonn 70,000 persuna f’erba’ snin biex jidħlu fis-suq tax-xogħol, imbagħad ma jridx 200 persuna fuq dgħajsa.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li filwaqt li pajjiżna għandu jsegwi l-Liġi Ewropea, min-naħa tagħha l-Ewropa għandha tagħmel il-parti tagħha wkoll u tintervjeni biex il-problema tinqasam bejn il-pajjiżi kollha.

Hu appella għall-bilanċ bejn l-interess nazzjonali u l-osservazzjoni tal-Liġijiet Internazzjonali, iżda wkoll id-drittijiet ta’ kull bniedem.