Lokali

Rapporti li l-aggressur “għannaq” lil Hugo Chetcuti qabel tah daqqiet ta’ sikkina

L-imprenditur Hugo Chetcuti

L-aggressur “għannaq” lil Hugo Chetcuti qabel tah daqqiet ta’ sikkina, skont is-sit LovinMalta.com.

Filgħodu kienu diġà kienu ħarġu numru ta’ rapporti li l-imprenditur popolari Malti kien qala’ daqqiet ta’ sikkina, b’rapporti oħra lokali jgħidu li d-daqqiet ingħataw fl-istonku.

LovinMalta.com qed jirraporta wkoll li l-“agħar għadda” għal Hugo Chetcuti wara li matul il-lejl kien qed jingħata l-kura medika.

Sadanittant fuq il-media soċjali ħafna qalu li nħasdu b’din l-aħbar, b’ħafna jawguraw lill-imprenditur fejqan ta’ malajr.

Il-Pulizija kellha tuża ‘taser’ biex trażżan lill-allegat agressur. Aqra rakkont sħiħ ta’ dak li ġara lbieraħ fil-link t’hawn taħt

Hugo Chetcuti jaqla’ daqqiet ta’ sikkina f’Paceville; Fil-periklu tal-mewt