Lokali

Raġel ferut wara li qabeż jgħum f’St Peter’s Pool

Mill-arkivji

Awstraljan ta’ 27 sena sofra xi ġrieħi f’rasu wara li qabeż il-baħar biex jgħum f’St Peter’s Pool.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 2.15 ta’ waranofsinhar, b’ħelikopter mar fuq il-post biex itella’ lir-raġel ferut.

Fuq il-post marru wkoll il-Pulizija, membri tal-Protezzjoni Ċivili, membri mill-Forzi Armati, u tim mediku biex jassistu l-vittma, fejn f’ħidma waħda jinsabu fiż-żona biex jevakwaw in-nies u jtellgħu r-raġel.

Il-vittma ttieħed bil-ħelikopter lejn l-Air Wing tal-AFM f’Ħal Kirkop, fejn minn hemm hu ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza. Sorsi fil-midja jgħidu li r-raġel sofra ġrieħi fix-xewka ta’ dahru filwaqt li l-pulizija kkonfermaw li qed isofri minn ġrieħi ħfief.