Lokali Qorti

Ġuvni jinżamm arrestat wara li ħebb għal ommu

Fil-Qorti, żagħżugħ ta’ 18-il sena ngħata avviż mill-Maġistrat biex idur dawra miegħu nnifsu u jsib it-triq it-tajba f’ħajtu, dan wara li tressaq il-Ħadd filgħodu l-Qorti akkużat li ħebb għal ommu.

Il-Maġistrat Ian Farrugia ordna sabiex iż-żagħżugħ jinżamm arrestat pero rrakkomanda sabiex jittieħed fit-taqsima forensika tal-Isptar Monte Karmeli biex hemmhekk jingħata l-għajnuna psikjatrika. Fid-deċiżjoni tiegħu, il-Maġistrat qal li ż-żagħżugħ ma użax tfulitu sew sabiex jiżviluppa bl-aqwa mod, hekk kif la studja u wisq lanqas sab xogħol – fejn hu qal li mis-sitwazzjoni fehem li ż-żagħżugħ ġej minn familja bi problem soċjali.

Il-Maġistrat żied jgħid li l-ġenituri taż-żagħżugħ huma moralment responsabbli għas-sitwazzjoni li hu jinsab fiha llum, għaliex hu prodott ta’ dak li huma ħolqu. Il-Maġistrat żied jgħid li minn naħa l-oħra, hu ma jridux li jerġa’ jitressaq l-Qorti akkużat b’xi azzjoni kriminali aktar serja.

Il-Maġistrat Ian Farrugia għamel appell ukoll lil missier iż-żagħżugħ, fejn inkuraġġih sabiex ikun aktar attiv fil-ħajja tiegħu u biex jgħinu jsib triqtu t-tajba.

L-ispettur Matthew Spagnol mexxa f’isem il-prosekuzzjoni