Internazzjonali

Titħabbar il-mewt tad-direttur Taljan Carlo Vanzina

Tħabbret il-mewt tad-direttur tal-films Taljan Carlo Vanzina. Vanzina, li miet fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd, huwa magħruf l-iktar bħala l-bniedem wara l-films komiċi Taljani tas-snin tmenin.

Carlo, flimkien ma’ ħuh Enrico, nieda ċ-CinePanettone – serje ta’ films komiċi li jinħarġu fi żmien il-Milied.

L-aħbar tal-mewt ta’ Carlo Vanzina li seħħet f’Ruma ingħatat mill-mara tiegħu Lisa u ħuh Enrico.